It-taxxi fuq il-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji
Distribuzzjonijiet transkonfinali tal-profitti
Jekk għandek kumpanija omm f'pajjiż wieħed tal-UE u sussidjarji f'pajjiż ieħor, tista' telimina kwistijonijiet possibbli ta' taxxa (p.e. it-taxxa doppja) fuq distribuzzjonijiet transkonfinali tal-profitti bejn dawn il-kumpaniji.
Dan japplika jekk:
- Il-kumpanija omm u s-sussidjarji tiegħek huma bbażati – għall-finijiet tat-taxxi – f'pajjiżi differenti tal-UE
- Il-kumpanija omm u s-sussidjari tagħha huma soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji (mingħajr il-possibbiltà li jkunu eżentati)
- Il-kumpanija omm u s-sussidjarji tiegħek huma korrettament reġistrati bħala kumpanija/korporazzjoni (legali minn: Inc., S.A., GmbH., LLC, eċċ.)
- Il-kumpanija omm tiegħek għandha tal-anqas 10% tal-parteċipazzjoni fil-kapital (jew tad-drittijiet ta' votazzjoni) fil-kumpanija sussidjarja tagħha bbażata f'pajjiż ieħor tal-UE.
Eżenzjonijiet minn taxxa minn ras il-għajn
It-taxxa minn ras il-għajn tista' titħallas fuq il-profitti ta' kumpanija qabel ma ssir id-dikjarazzjoni ta' taxxa sħiħa (li wara li ssir hi tista' tiġi rifondata, jew inkella tista' titħallas aktar taxxa). Għal kumpaniji omm u s-sussidjarji tagħhom, id-distribuzzjoni tal-profitti tista' tkun eżentata minn taxxi minn ras il-għajn. Din taħdem biż-żewġ modi:
- Jekk tiddistribwixxi l-profitti mill-kumpanija sussidjarja tiegħek għall-kumpanija omm tiegħek
- Jekk tiddistribwixxi l-profitti mill-kumpanija omm għas-sussidjarji
Dan hu l-każ kemm fil-pajjiż tas-sussidjarja kif ukoll fil-pajjiż tal-kumpanija omm, jekk iż-żewġ pajjiżi huma fl-UE.
Eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja
It-tassazzjoni doppja (talbiet tat-taxxa simultanja minn aktar minn pajjiż wieħed) tista' sseħħ jekk ma ssegwix ir-regoli tat-taxxa b'mod korrett. Biex tevita t-tassazzjoni doppja fuq id-distribuzzjonijiet tal-profitti tiegħek jeħtieġlek:
- Titlob lill-pajjiż tal-UE tal-kumpanija omm tiegħek sabiex jagħti eżenzjoni ta' taxxa jew kreditu ta' taxxa minn taxxi fuq il-kumpaniji mħallsin fuq profitti mis-sussidjarja (u kwalunkwe sussidjarja f'livell inferjuri).
Self ibridu – nontassazzjoni doppja
It-tassazzjoni doppja tista' sseħħ jekk tittratta l-pagamenti fuq self ibridu transkonfinali bħal:
- distribuzzjoni ta' eżenzjoni ta' taxxa ta' profitti fil-pajjiż tal-UE tal-kumpanija omm
- infiq deduċibbli fil-pajjiż tal-UE tas-sussidjarja
Biex dan jiġi evitat:
- il-pajjiż tal-UE tal-kumpanija omm tiegħek jeħtieġlu jintaxxa d-distribuzzjonijiet tal-profitti riċevuti
- il-pajjiż tal-UE tas-sussidjarja jeħtieġlu jkun informat li dawn id-distribuzzjonijiet tal-profitti huma deduċibbli mit-taxxa
Liema tipi ta' kumpaniji huma koperti b'dawn ir-regoli?
- kumpaniji privati
- kumpaniji pubbliċi limitati
- kumpaniji Ewropej
- Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej.
F'xi każijiet jiddependi mill-pajjiżi tal-UE nfushom sabiex jiddeċiedu liema kumpaniji huma koperti minn dawn ir-regoli. Biex taqra aktar ara l-anness tad-direttiva fil-link fit-taqsima tar-referenzi hawn taħt.