Dominji tas-siti web

Jekk għandek kumpanija u trid tagħmilha eħfef għall-klijenti tiegħek biex isibu l-informazzjoni dwar in-negozju tiegħek fuq l-Internet, int tista' toħloq sit web.

Tista' taċċessa sit web bħala indirizz uniku tal-Internet Protocol (IP), serje ta' ċifri diġitali bħal 136.173.60.59 jew 91.194.202.11.

Madankollu tkun trid ukoll isem tad-dominju li jkun faċli għall-utent biex jaqrah u jiftakru bħal europarl.europa.eu jew consilium.europa.eu

L-isem tad-dominju se jkun marbut mal-indirizz tal-IP; b'dan il-mod, meta tittajpja f'brawżer europarl.europa.eu inti tintbagħat fuq l-indirizz tal-IP 136.173.60.59.

Twissija

B'reġistrazzjoni ta' isem ta' dominju inti tikseb id-dritt li tuża l-isem tad-dominju. Ir-reġistrazzjoni ma tiggarantixxi l-ebda protezzjoni speċjali bħala proprjetà intellettwali. Madankollu, jekk isem ta' dominju hu simili għal isem ta' trademark, din tista' toħloq problemi ta' ksur marbut mal-IP.

Kif tirreġistra isem ta' dominju

Jekk l-isem li trid hu disponibbli, int tista' tirreġistra isem ta' dominju permezz ta' reġistratur akkreditat li joffri l-estensjoni tal-ogħla livell li tkun qed tfittex. Hemm għażla wiesgħa ta' estensjonijiet minn fejn tagħżel inkluż estensjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jew estensjonijiet ġeneriċi:

  • Estensjonijiet ġeneriċi tal-ogħla livell: .com, .shop, .hotel
  • Estensjonijiet speċifiċi għall-pajjiż: .fr, .de

Il-kriterji jew ir-regoli ta' eliġibbiltà jistgħu jvarjaw skont it-tip ta' estensjoni li tagħżel. Wara li tagħżel l-isem tad-dominju u l-estensjoni tal-ogħla livel, int għandek tħallas miżata ta' reġistrazzjoni. L-ammont ta' flus li trid tħallas jiddependi fuq:

  • għal kemm żmien inti se tirreġistra l-isem ta' dominju għal;
  • is-servizzi assoċjati li tagħżel, bħal webhosting.

Jekk in-negozju tiegħek jinsab fi kwalunkwe pajjiż tal-UE tista' tapplika wkoll għad-dominju tal-ogħla livell (TLD) .eu. Tista' tiċċekkja d-disponibbiltà ta' dominji .eu fuq EURid Iftaħ bħala link estern .

Ara wkoll

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk tal-Proprjetà Intellettwali (PI)

Il-Helpdesk Ewropew tal-PI jappoġġa lill-SMEs u l-attivitajiet ta’ riċerka transfruntiera biex jiġġestixxu, ixerrdu u jivvalorizzaw it-teknoloġiji u d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) u l-assi tal-PI fil-livell tal-UE.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 02/01/2024
Ikkondividi din il-paġna