VAT
Il-pajjiżi tal-UE jużaw tipi differenti ta' rati tal-VAT: rata standard, rata mnaqqsa u rati speċjali. Skopri r-rati differenti f'kull pajjiż tal-UE u liema informazzjoni għandha tkun fuq il-fatturi tal-VAT. Kun ċert li tifhem ir-regoli speċifiċi għal VAT f'bejgħ u f'xiri tranfruntieri, kemm fl-UE kif ukoll barra mill-UE, għall-oġġetti u għas-servizzi.
Skopri meta tiċċarġja l-VAT, kif tirreġistra mal-awtoritajiet tat-taxxa, meta tista' tnaqqas il-VAT u kif titlob ir-rimborż tal-VAT.
Ċerti oġġetti u servizzi huma eżentati mill-VAT. Jeżistu wkoll skemi speċjali tal-VAT għal negozji żgħar li jwettqu negozju mingħajr ma jiċċarġjaw il-VAT u għal ħelsien gradwat mit-taxxa għal ċerti setturi.
Tista' tuża l-għodda tal-VIES biex tiċċekkja jekk in-negozju tiegħek hux irreġistrat mal-VAT biex iwettaq negozju tranfruntier fl-UE. Ir-riżultati mogħtijin mill-għodda tal-VIES huma meħudin mill-bażijiet tad-data nazzjonali u huma aġġornati b'mod regolari.
Il-Mini One-Stop Shop (Skema Moss) tippermettilek li tforni dawn is-servizzi diġitali fl-UE mingħajr il-bżonn li tirreġistra f'kull pajjiż tal-UE fejn tfornihom. Tista' tintuża kemm minn negozji bbażati fl-UE kif ukoll minn negozji mhux fl-UE.