Drittijiet ta’ residenza għaċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u għaċ-ċittadini tar-Renju Unit fl-UE
Ċittadini tar-Renju Unit li jixtiequ jgħixu fl-UE
Iċ-ċittadini Brittaniċi m’għandhomx bżonn viża biex jibqgħu f’pajjiż tal-UE sa 90 jum f’perjodu partikolari ta’ 180 jum. Dan japplika biss għal żjarat ta’ divertiment, u kwalunkwe xogħol li twettaq spiss ikun jeħtieġ permess tax-xogħol. Wara 90 jum, ikollok bżonn viża biex tkun tista’ tibqa’ għal aktar żmien u biex issib impjieg jew tistudja.
Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE għandhom diversi tipi ta’ viża, u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri jvarjaw għal kull tip. F’xi pajjiżi, huwa meħtieġ li tiġi sponsorjat minn impjegatur sabiex tkun tista’ tikseb id-dritt li toqgħod, filwaqt li oħrajn jippermettulek li jkollok viża temporanja biex issib xogħol. Xi pajjiżi tal-UE għandhom sistema bbażata fuq il-punti għall-migranti tas-sengħa.
Jekk jogħġbok iċċekkja s-sit web tal-awtoritajiet nazzjonali għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw fil-każ tiegħek.
Ċittadini tal-UE li jixtiequ jgħixu fir-Renju Unit
Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jibqgħu fir-Renju Unit bħala viżitaturi sa sitt xhur. Wara dan il-perjodu, se jkun meħtieġ li wieħed ikollu viża tax-xogħol, tal-istudju jew tal-familja. Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri jvarjaw għal kull tip ta’ viża differenti. Jekk jogħġbok iċċekkja s-sit web tal-awtoritajiet Brittaniċi għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw fil-każ tiegħek.
Informazzjoni dwar l-applikazzjoni għal viża tar-Renju Unit en
Drittijiet ta’ residenza skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit (Brexit)
Iċ-ċittadini tar-Renju Unit li kienu qed jgħixu f’pajjiż tal-UE qabel Jannar 2021 setgħu jibqgħu bis-saħħa tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit. L-istess kien japplika għaċ-ċittadini tal-UE li kienu qed jgħixu fir-Renju Unit. Mill-1 ta’ Jannar 2021, iċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu lejn ir-Renju Unit mhumiex koperti mill-ftehim, sakemm ma jkunux membru tal-familja ta’ xi ħadd li jkun kopert.
Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ residenza wara l-Brexit en
Informazzjoni dwar l-iskema ta’ insedjament tar-Renju Unit għaċ-ċittadini tal-UE en
Ara wkoll
Dokumenti tal-ivvjaġġar għaċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom mhux tal-UE li jirrisjedu fir-Renju Unit en
Dokumenti tal-ivvjaġġar għaċ-ċittadini tar-Renju Unit u l-membri tal-familja tagħhom li jirrisjedu f’pajjiż tal-UE en