Naturalizzazzjoni

Kull min isir ċittadin naturalizzat ta’ pajjiż tal-UE huwa awtomatikament ċittadin tal-UE. Il-kundizzjonijiet u l-proċess ta’ applikazzjoni għan-naturalizzazzjoni huma differenti għal kull pajjiż.

Normalment tista’ ssir ċittadin naturalizzat ta’ pajjiż tal-UE jekk tkun għext u ħdimt hemm għal numru minimu ta’ snin. Inkella, tista’ ssir ċittadin naturalizzat billi tiżżewweġ ċittadin tal-UE, jew b’dixxendenza, jiġifieri tista’ ssir ċittadin jekk ġenitur jew nannu kien ċittadin.

Xi pajjiżi tal-UE jeħtieġu li ċċedi ċ-ċittadinanza eżistenti tiegħek sabiex tikseb iċ-ċittadinanza f’dak il-pajjiż. Iċċekkja l-pajjiż individwali għal aktar dettalji.

Residenza fit-tul

L-informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ residenza fit-tul għal ċittadini mhux tal-UE li ma jistgħux japplikaw għan-naturalizzazzjoni tinsab fuq il-portal tal-UE dwar l-immigrazzjoni en es fr pt .

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 22/01/2024
Ikkondividi din il-paġna