Ħtif tat-tfal

Il-partner tiegħek ħa t-tifel jew tifla f'pajjiż ieħor tal-UE mingħajr il-kunsens tiegħek jew kontra deċiżjoni tal-qorti?

Tista' tniedi proċeduri legali biex il-wild jiġi rritornat għandek. L-awtoritajiet ċentrali jistgħu jgħinuk tieħu l-passi neċessarji. Fittex awtoritajiet ċentrali li huma responsabbli mill-każijiet ta' ħtif internazzjonali tal-ulied Iftaħ bħala link estern .

Jekk il-każ tiegħek jissodisfa r-rekwiżiti legali, il-qrati fil-pajjiż tal-UE fejn ikun ittieħed il-wild, jiddeċiedu jekk għandux jintbagħat lura.

Eċċezzjonijiet possibbli

  • jekk il-wild jista' jkun fil-periklu fil-pajjiż fejn ikun għex qabel ma jkun seħħ il-ħtif
  • jekk il-wild ikun kbir biżżejjed biex jiddikjara li ma jkunx irid imur lura.

Fit-teorija, kemm int kif ukoll it-tifel jew tifla għandkom tingħataw l-opportunità li tinstemgħu mill-qorti matul il-proċeduri.

Tibdil ta' deċiżjoni tal-qorti

Jek trid tipprova taqleb deċiżjoni dwar il-kustodja, trid tmur il-qorti fil-pajjiż fejn tkun ittieħdet id-deċiżjoni.

Ma tistax taqleb deċiżjoni dwar il-kustodja billi taħtaf wild u mbagħad qorti f'pajjiż ieħor tal-UE taqta' sentenza differenti f'dan ir-rigward.

Twissija

Eċċezzjonijiet

Dawn ir-regoli ma jgħoddux għad-Danimarka jew l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

Madankollu, id-Danimarka, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera japplikaw Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif ta' Tfal tal-1980 bg cs da de en es fi fr hr it lv nl pl pt ro sl sv . Każijiet ta' ħtif li jinvolvu lil dawn il-pajjiżi huma ttrattati skont din il-konvenzjoni jew skont ftehimiet internazzjonali oħra.

Storja bħala eżempju

Niżguraw li d-drittjiet tal-kustodja jiġu rrispettati

Irena u Vincenzo għexu l-Italja għal 14-il sena, u bħalissa qed jiddivorzjaw. Fl-2013, qorti Taljana tat lil Vincenzo l-kustodja ta' binthom Alessandra, u ordnat li din tittieħed għal xi żmien f'dar tat-tfal f'Pisa. Fl-istess jum, Irena telqet mill-Italja u marret is-Slovenja b'bintha.

Qorti Slovena rrikonoxxiet id-deċiżjoni tal-qorti Taljana u tat bidu għall-proċedura biex Alessandra tintbagħat lura għand missierha. Iżda Irena opponiet din id-deċiżjoni.

Il-qorti Slovena tat il-kustodja proviżorja ta' Alessandra lil Irena, minħabba li jekk Alessandra tintbagħat f'dar tat-tfal fl-Italja seta' jikkawża dannu psikoloġiku irreversibbli. Barra minn hekk, waqt il-proċeduri tal-qorti fis-Slovenja, Alessandra stqarret li xtaqet tibqa' ma' ommha.

Vincenzo appella kontra d-deċiżjoni tal-qorti Slovena u rebaħ. Alessandra ntbagħtet lura l-Italja.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 13/06/2024
Ikkondividi din il-paġna