Drittijiet tal-proprjetà intellettwali

Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tiegħek għandha diversi benefiċċji:

  • Jekk tipproteġi l-invenzjoni tiegħek, bħal prodott ġdid, int issir l- unika persuna bid-dritt li tużah jew tirriproduċih. Ħadd iktar ma jista' jikkopja jew jirriproduċi dak li għamilt int mingħajr il-permess tiegħek.
  • Meta tipproteġi l-invenzjoni tiegħek, il-kwalità tal-prodott hi garantita u l-oriġini tiegħu hi ċara. Dan jista' jkun ta' benefiċċju għan-negozju tiegħek, għax jista' jagħti l-każ li l-klijenti jippreferu jixtru prodott li għadda minn aktar kontrolli restrittivi (oġġett ikkontrollat).
  • Tista' taqla' l-flus mhux biss permezz tal-użu dirett tal-IP, iżda wkoll indirettament permezz ta' ftehimiet għall-ħruġ ta' liċenzji. Dan iseħħ meta tagħti liċenzja lil kumpanija oħra biex jużaw il-materjal protett bl-IP tiegħek għal ċertu perjodu ta' żmien.
  • F'xi każijiet, bħal fil-każ tad- drittijiet tal-awtur u d- disinn mhux irreġistrat, il-protezzjoni tal-IP tiegħek hu awtomatiku u ma jeħtieġ ebda formalità.
  • Meta jkollok privattiva jew trademark il-valur fis-suq tiegħek jista' jiżdied u jista' jkun aktar faċli biex in-negozju tiegħek isib investituri jew opportunitajiet oħra ta' finanzjament.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali, l-appoġġ personalizzat u r-reġistrazzjoni ta' trademark, ara l- uffiċċju diġitali Iftaħ bħala link estern tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

Nacionalinę informaciją rasite toliau.

Ara wkoll

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk tal-Proprjetà Intellettwali (PI)

Il-Helpdesk Ewropew tal-PI jappoġġa lill-SMEs u l-attivitajiet ta’ riċerka transfruntiera biex jiġġestixxu, ixerrdu u jivvalorizzaw it-teknoloġiji u d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) u l-assi tal-PI fil-livell tal-UE.

InnovAccess

Miżuri ta’ appoġġ nazzjonali, proċeduri ta’ reġistrazzjoni u informazzjoni dwar leġiżlazzjoni mogħtija minn uffiċċji tal-proprjetà intellettwali minn 30 pajjiż Ewropew.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Sir af aktar dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-UE, ikseb appoġġ personalizzat bla ħlas u applika online għar-reġistrazzjoni ta' trademark jew disinn.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 22/03/2024
Ikkondividi din il-paġna