Informa u kkonsulta lill-persunal
Jekk il-kumpanija tiegħek timpjega mill-inqas 50 persuna – inkluż persunal impjegat b' kuntratti b'terminu fiss – f' pajjiż tal-UE (jew mill-inqas 20 persuna jekk hija fergħa ta' negozju akbar), inti obbligat bil-liġi li:
- tinforma l-persunal tiegħek dwar żviluppi reċenti u probabbli fl- attivitajiet tal-kumpanija u s- sitwazzjoni ekonomika tal-kumpanija
- tinforma u tikkonsulta lill-persunal dwar is- sitwazzjoni kurrenti u l-iżvilupp probabbli tal-impjieg
- tinforma u tikkonsulta lill-persunal dwar tibdil sostanzjali possibbli fl- organizzazzjoni tax-xogħol jew fir- relazzjonijiet kuntrattwali
Għandek tiżgura wkoll li tipprovdi l-informazzjoni fil-ħin dovut biex ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jkollhom biżżejjed żmien biex jippreparaw għal konsultazjzoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata.
Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema (u kwalunkwe espert li jassistihom) ma jistgħux jiżvelaw lill-persunal jew lil partijiet terzi informazzjoni kunfidenzjali li tkun tajthom.
L-aħħar verifika: 05/09/2023