Kif iddaħħal lil uliedek fi skola f'pajjiż ieħor tal-UE
Bħala ċittadini tal-UE, uliedek huma intitolati li jmorru l-iskola fi kwalunkwe pajjiż tal-UE bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
Għandhom id-dritt li jitqiegħdu fi klassi tal- grupp ta' età tagħhom, fil- livell ekwivalenti għall-klassijiet tagħhom fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek - irrispettivament mil-livell tal-għarfien tal-lingwa.
Twissija
Bħala ċittadin tal-UE, jekk tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE biex taħdem, uliedek huma intitolati għal tagħlim tal-bidu bla ħlas fil-pajjiż il-ġdid tiegħek biex jgħinhom jadattaw għas-sistema skolastika hemmhekk. Parti minn dan it-tagħlim tal-bidu jinkludi appoġġ biex jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż il-ġdid tiegħek.
Hu importanti li tinnota li s-sistema skolastika tal-pajjiż il-ġdid tiegħek tista' tkun differenti ħafna minn dak li int imdorri bih. F'xi pajjiżi, pereżempju, it-tfal jitqiegħdu minn kmieni ħafna fi klassijiet differenti skont l-għażla akkademika jew vokazzjonali tagħhom.
Hu għalhekk li m'hemmx rikonoxximent awtomatiku taċ-ċertifikati tal-iskola fl-UE. F'xi pajjiżi, jaf ikollok titlob lill-awtoritajiet nazzjonali biex jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tal-iskola ta' wliedek qabel ma tkun tista' ddaħalhom fi skola lokali.