Xiri ta’ mediċini f’pajjiż ieħor tal-UE

Tista’ tikseb il-mediċina bir-riċetta minn spiżerija barra minn pajjiżek, għalkemm jista’ jkollok tistenna sakemm tasal lura f’pajjiżek biex tiġi rimborżat. F’din it-taqsima, aqra dwar ix-xiri ta’ mediċini mingħajr riċetta u bir-riċetta, inkluż ix-xiri online.


Skopri dwar:


Riċetta mogħtija minn tabib f’pajjiż wieħed tal-UE hi valida fil-pajjiżi tal-UE l-oħrajn kollha. Madankollu, mediċina preskritta f’pajjiż wieħed tista’ ma tkunx disponibbli jew jista’ jkollha isem ieħor barra pajjiżek.

Meta tixtri mediċini bir-riċetta tat-tabib f'pajjiż ieħor, jista' jagħti l-każ li jkollok tħallasha kollha int mill-ewwel. Tista’ titlob rimborż mingħand l-assiguratur tas-saħħa tiegħek meta tasal f’pajjiżek, jekk il-mediċina tkun koperta mill-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek.

It-tipi ta’ mediċina mingħajr riċetta tat-tabib li tista’ tixtri online jiddependu fuq il-pajjiż tal-UE li għalih tixtieq li l-mediċina tiġi esportata. M'hemmx regoli tal-UE dwar ix-xiri ta’ mediċina online bir-riċetta tat-tabib. Xi pajjiżi tal-UE jippermettuh, iżda xi wħud minnhom le.

L-aħħar verifika: 30/05/2024
Ikkondividi din il-paġna