Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn
Hemm ċerti prodotti li jridu jikkonformaw ma' rekwiżiti minimi relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dawn jissejħu rekwiżiti tal-ekodisinn u l-għan huwa li jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott.
Qabel ma tpoġġi dan it-tip ta' prodott fis-suq tal-UE trid tiżgura li jikkonforma ma' dawn ir-regoli.
It-tipi ta' prodott koperti bħalissa minn dawn ir-regoli huma dawk li jużaw l-enerġija (bojlers, kompjuters, apparat domestiku, eċċ.). Tista' tara l-lista sħiħa hawn taħt.
Prodotti li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn
Prodotti tad-dawl domestiċi u tal-industrija tas-servizzi
- Lampi direzzjonali u mhux direzzjonali (inkluż ir-radjazzjoni ultravjola)
- Bozoz fluworexxenti (mingħajr ballast integrata)
- Bozoz bi skariku ta' intensità għolja
- Ballasts u fanali li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip
Apparati elettriċi
- Kompjuters u servers
- Konsols tal-logħob
- Kaxxi set-top sempliċi/kumplessi
- Standby għal tagħmir imqabbad ma' netwerk
- Televixins
Apparat domestiku
- Kukers
- Magni għall-ħasil tal-platti
- Friżi
- Refriġeraturi
- Magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ
- Magni għall-ħasil tal-ħwejjeġ
- Vacuum cleaners
Apparat ta' tisħin u tkessiħ
- Kundizzjonaturi tal-arja
- Ħiters
- Fannijiet tad-dar
- Ħiters
- Fannijiet industrijali
- Ħiters tal-post lokali
- Ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi
- Bojlers tal-fjuwils solidi
- Unitajiet tal-ventilazzjoni
- Ħiters tal-ilma
Prodotti oħrajn
- Ċirkolaturi
- Muturi tal-elettriku
- Modalità standby u modalità mitfija tal-konsum tal-forza elettrika
- Apparat estern għall-provvista tal-energija
- Tagħmir tal-immaġini
- Tansformers tal-elettriku
- Refriġerazzjoni professjonali
- Pompi tal-ilma
Jekk tixtieq taqra dwar Regolamenti tal-Ekodisinn speċifiċi għall-prodott tista' ssib il-links fit-taqsima ta' referenza f'qiegħ il-paġna.
Tipi ta' Rekwiżiti
Hemm żewġ tipi ta' rekwiżiti previsti fid-Direttiva dwar l-Ekodisinn.
Rekwiżiti speċifiċi
Ir-rekwiżiti speċifiċi huma meta jitkejlu valuri preċiżi u jingħata limitu. Pereżempju, il-konsum massimu tal-enerġija, jew kwantitajiet minimi ta' materjal riċiklat li jintuża fil-produzzjoni.
Rekwiżiti ġeneriċi
Ir-rekwiżiti ġeneriċi ma jistabbilixxux valuri ta' limitu, iżda jistgħu jirrikjedu li:
- il-prodott ikun "effiċjenti fl-użu tal-enerġija" jew "jista' jiġi riċiklat"
- tipprovdi tagħrif dwar kif jintuża u jinżamm il-prodott, biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tiegħu
- tagħmel l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott biex tidentifika għażliet ta' disinn u soluzzjonijiet alternattivi għal titjib
L-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi ġodda jistgħu jsarrfu fi projbizzjoni ta' prodotti mhux konformi milli jinbiegħu f'pajjiżi tal-UE. Eżempju ta' dan huma l-bozoz tal-filament, li ġew imneħħija gradwalment mill-2009.
Standards Armonizzati
L-istandards armonizzati huma regoli li ġew adottati mill-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni ( CENELEC en u CEN).
L-użu ta' standards armonizzati jgħin biex ikun hemm preżunzjoni ta' konformità.
Dan ifisser li l-prodotti jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti koperti mill-miżuri
implimentattivi, meta jiġu ttestjati bl-użu ta' standard armonizzat.
Qed jiġu prodotti gradwalment standards armonizzati tal-UE addizzjonali biex ikunu ta' appoġġ għall-miżuri tal-ekodisinn adottati s'issa.