Il-kuntratti konklużi mal-konsumaturi u l-garanziji
Meta tiffirma kuntratti mal-konsumaturi, trid tirrispetta r-rekwiżiti tal-ġustizzja u t-trasparenza tal-UE u dawk nazzjonali, u tkun ċert li l-kuntratti ma jinkludux klawżoli inġusti. Skopri kif tista' tiżgura li n-negozju tiegħek huwa konformi mal-liġi tal-konsumatur.
Iċċekkja r-responsabbiltajiet ta' wara l-bejgħ għall-kuntratti konklużi mal-konsumaturi u l-obbligi lejn il-konsumaturi tiegħek, bħal pereżempju il-perjodu ta' cooling-off sa 14-il jum meta tbigħ online, lil hinn mill-post tan-negozju jew mill-bogħod. Aqra dwar il-garanziji legali u l-garanziji kummerċjali f'kull pajjiż tal-UE.
F'xi każijiet, tista' titqies bħala responsabbli għall-prodotti difettużi li tbigħ. Kun ċert li taf li trid tirrapporta prodott li tbigħ jekk taħseb li jista' jkun difettuż. Tista' tfittex ukoll għal prodotti mhux sikuri fil-bażi tad-data Safety Gate.