Adozzjoni
M'hemmx regoli uniformi tal-UE dwar l-adozzjoni. Kull pajjiż japplika r-regoli rispettivi tiegħu.
Ikkuntattja l-awtoritajiet nazzjonali għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti għall-adozzjoni u l-proċeduri li trid issegwi.
Madanakollu, il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom ċerti prinċipji komuni garantiti minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-adozzjoni:
- jekk huma ħajjin, il-ġenituri bijoloġiċi tal-wild għandhom jaqblu b'mod ħieles mal-adozzjoni
- l-adozzjoni għandha tkun deċiża fl-interess tal-wild
- l-adozzjoni għandha tingħata minn qorti jew awtorità amministrattiva.
Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, il-wild ikun jista' jikseb kunjomok u n-nazzjonalità tiegħek u l-istess drittijiet ta' wirt bħat-tfal bijoloġiċi.
Bħala ġenitur adottiv, int se jkollok l-istess drittijiet u obbligi lejn it-tifel jew tifla tiegħek daqs kull ġenitur ieħor.
Agħżel il-pajjiż
L-aħħar verifika: 07/06/2024