Residenza permanenti għaċ-ċittadini mhux tal-UE wara 5 snin
Lejn l-aħħar tar-residenza legali ta' ħames snin kontinwi l-membri tal-familja tiegħek li mhumiex ċittadini tal-UE għandhom japplikaw għal karta ta' residenza permanenti fil-pajjiż tal-UE fejn tgħix.
Il-karta ta' residenza permanenti ta' spiss tinħareġ bla ħlas (jew bl-istess prezz li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż). Għandha tkun valida għal 10 snin u tiġġedded b'mod awtomatiku mingħajr ebda kundizzjoni jew rekwiżit.
Meta japplikaw għall-karta ta' residenza permanenti tagħhom, il-membri tal-familja tiegħek li mhumiex ċittadini tal-UE għandhom jippreżentaw prova li ilhom jgħixu legalment fil-pajjiż għal 5 snin - pereżempju, billi jużaw karta ta' residenza valida li tkun inħarġitilhom 5 snin ilu.
Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata karta ta' residenza permanenti għall-membri ta' familtek li mhumiex ċittadini tal-UE, tista' ċċempel lis- servizzi ta' għajnuna tagħna.
Twissija
Anki jekk dawn għandhom karta ta' residenza permanenti il-membri tal-familja tiegħek li mhumiex ċittadini tal-UE xorta għandhom bżonn ta' viża biex jivvjaġġaw fl-UE. Sib aktar informazzjoni dwar id- dokumenti tal-ivvjaġġar għal membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-UE.