Kwalifiki professjonali
Jista’ jagħti l-każ li l-professjoni tiegħek tkun regolata fil-pajjiż tal-UE fejn se tmur toqgħod. Kun af:
Jekk trid taħdem fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, għandu mnejn ikollok tieħu passi biex il-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti uffiċjalment qabel ma tkun tista’ tipprattika hemmhekk. Japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi skont il-professjoni tiegħek u kemm se ddum fil-pajjiż. Skopri aktar jekk tressaq:
- Applikazzjoni għal forniment permanenti ta’ servizzi
- Applikazzjoni għal forniment temporanju ta’ servizzi
Qabel ma tibda taħdem, l-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid tiegħek jistgħu jitolbuk tipprovdi ċerti dokumenti, tagħti prova tal-ħiliet lingwistiċi tiegħek u possibbilment tingħaqad ma’ assoċjazzjoni professjonali. Aqra dwar:
Għal xi professjonijiet regolati tista’ tuża proċedura online biex tikseb ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE. Aqra dwar kif tapplika u tikseb il-Karta Professjonali Ewropea (KPE):
Aqra dwar ix-xogħol fi professjoni regolata bħala ċittadin tal-UE fir-Renju Unit jew bħala ċittadin tar-Renju Unit fl-UE:
Twissija
Din it-taqsima tgħidlek x'għandek tagħmel biex il-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti biex tkun tista' taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE. Din ma tapplikax jekk inti trid tistudja f’pajjiż ieħor tal-UE. Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta' diplomi akkademiċi.