Sigurtà tal-ajruporti u tal-linji tal-ajru
Użu ta' skeners tal-persuna fl-ajruporti tal-UE
F'kull ajruport tal-UE, il-passiġġieri jistgħu jiġu skrinjati mill-iskeners tal-persuna, jew bħala l-metodu ewlieni ta' skrinjar jew bħala metodu addizzjonali biex jiġi solvut il-kaġun ta' kwalunkwe allarm.
Hu f'idejn kull pajjiż tal-UE li jiddeċiedi jekk jużax dawn, iżda jekk pajjiż jagħmel din l-għażla din għandha tikkonforma mar- regoli tal-UE en . Jekk tintalab li tgħaddi minn skrinjar bi skener ta' din ix-xorta jeħtieġlek tkun taf b'mod partikulari, li:
- għandek tingħata l-possibbiltà li tagħżel li ma tgħaddix mill-iskener tal-persuna. F'dan il-każ tiġi skrinjat b'metodu alternattiv inkluż tal-anqas tfittxija bl-idejn;
- trid tingħata informazzjoni sħiħa dwar it-teknoloġija użata qabel ma tiġi skrinjat;
- tista' titlob li l-immaġni ta' ġismek tkun analizzata minn persuna tas-sess tal-għażla tiegħek;
- l-eżaminatur uman se jkun xi mkien ieħor u mhux sa jkun jista' jarak;
- l-immaġni għandha tkun imċajpra b'tali mod li ma tkunx tista' tiġi identifikat u l-immaġnijiet ma jistgħux jiġu kkupjati, maħżuna jew ipprintjati;
- jistgħu jintużaw biss skeners li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti.
Il-linji tal-ajru projbiti fl-UE
Il-kumpaniji tal-ajru li joperaw titjiriet li jibdew jew jispiċċaw fl- EUgħandhom jissodisfaw ċerti standards ta' sikurezza. Uħud mill-kumpaniji madwar id-dinja joperaw f'kundizzjonijiet taħt il-livelli ta' sikurezza Ewropej u għalhekk għandu mnejn jew:
- jiġu pprojbiti milli joperaw għalkollox fl-ispazju Ewropew
- jitħallew joperaw biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifiċi
Jekk imħasseb dwar is-sikurezza tal-ajruplan, tista' tiċċekkja l-lista tal- kumpaniji tal-ajru pprojbiti fl-UE.