Konsenji u twettiq ta' bejgħ online
Servizzi tal-konsenji
Meta tagħżel soluzzjoni ta' konsenja, għandek tikkunsidra d-daqs tal-kumpanija tiegħek, il-karatteristiċi tal-prodott tiegħek, kemm jekk topera biss domestikament kif ukoll jekk topera b'mod transfruntier, il-mudell tan-negozju tiegħek u l-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-klijenti tiegħek.
Kun żgur ukoll li inti familjari mar-rekwiżiti nazzjonali u tal-UE dwar id- drittijiet tal-klijenti tiegħek u r- regoli li japplikaw għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti li se tkun qed tittrasporta fl-Ewropa kollha.
Ix-xerrejja online jistennew li jkunu jistgħu jagħżlu minn diversi għażliet flessibbli ta' konsenja. Karatteristiċi importanti jinkludu:
- il- punt tal-konsenja, li jinkludi l-konsenja fid-djar, il-konsenja fuq ix-xogħol u l-konsenja fl-indirizz magħżul mill-klijent. Għażliet addizzjonali jistgħu jinkludu l-konsenja lil ħwienet lokali jew stazzjonijiet tal-pakketti, li jistgħu joffru lill-klijenti l-għażla li jiġbru l-pakkett tagħhom barra l-ħinijiet tal-ftuħ.
- il- ħin tal-konsenja,li jvarja minn konsenja mhux express (2-3 ijiem domestikament), għal servizzi express garantiti li l-klijent jista' jħallas primjum għalihom. Dawn jistgħu jkunu definiti biż-żmien, inkluż il-konsenja tal-ġurnata ta' wara jew ta' nhar ta' Sibt.
- l- ispiża tal-konsenja,li tista' titħallas mill-klijent tiegħek jew tiġi integrata fil-prezz tal-lista tal-prodotti tiegħek, jekk tkun tista' tinnegozja rata skontata ma' fornitur tas-servizzi tal-pakketti tal-għażla tiegħek. Ir- rati standard għall-pakketti intra-Ewropej jistgħu jinfurmaw l-għażla tiegħek.
- il- konvenjenza tar-ritorn,li għandha tkun faċli għall-utent u faċli għall-klijent tiegħek. L-għażliet jinkludu l-ġbir tal-pakkett direttament mill-klijent tiegħek, l-għoti ta' tikketta ta' ritorn, it-twassil ta' pakkett f'punt determinat minn qabel, jew direttament fil-ħanut fiżiku tiegħek.
Twissija
Ikkunsidra li jista' jkun hemm varjazzjonijiet nazzjonali fl-għażliet ta' konsenja preferuti tal-klijenti u fil-ħinijiet ta' tranżitu aċċettabbli. Ikkuntattja l-assoċjazzjoni tal-kummerċ elettroniku en f'pajjiżek jew fil-pajjiż ta' destinazzjoni biex tiċċekkja l-prattika lokali.
Tista' tipproponi għażliet differenti ta' konsenja lill-klijenti tiegħek. Għandek tindika b'mod preċiż l-ispejjeż ta' kull servizz ta' konsenja. Tinsiex tindika b'mod ċar jekk l-ispejjeż tal-konsenja humiex inklużi fi kwalunkwe kwotazzjoni li tagħmel.
Kun ċert li tinforma lill-klijenti tiegħek qabel ma jagħmlu l-ordni dwar il-kundizzjonijiet tal-konsenja (inklużi l-proċedura tar-ritorn u l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti). Inti se ġġarrab l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti jekk ma tinfurmax kif suppost lill-klijenti tiegħek dwar il-proċedura ta' ritorn.
Skont il-piż, id-daqs, il-volumi (individwalment u n-numru) u d-destinazzjoni tal-pakketti li tikkonsenja, tista' ssib l-operatur adatt għall-ħtiġijiet tiegħek:
- Operaturi Postali Nazzjonali en (NPOs),li jistgħu joffru servizzi transfruntieri permezz tan-network tagħhom mal-NPO tal-pajjiż ta' destinazzjoni, jew sussidjarji oħrajn tiegħu stess
- Integraturi globali,li jistgħu joffru network integrat għal konsenja transfruntiera internazzjonali. Tipikament, dawn joffru konsenja definita biż-żmien: jew konsenja express (24-28 siegħa) jew konsenja differita (4-5 ijiem)
- Couriers, li jistgħu jkunu utli għal konsenja rapida u sigura, li normalment jiggarantixxu t-traċċar tal-oġġetti u ta' konsenja ta' kuljum u ta' ħin partikolari, b'enfasi fuq il-konsenji fl-istess jum u (transfruntieri) ta' pakketti ħfief (anqas minn 10kg). Xi wħud minnhom joperaw biss f'żoni urbani
L-operaturi speċjalizzati tas-servizzi tal-konsenja jistgħu joffrulek prezzijiet aħjar, firxa usa' ta' servizzi u kwalità ogħla, kif ukoll affidabbiltà tas-servizzi tal-konsenja:
- il- brokers tal-pakketti joffrulek prezzijiet baxxi tal-konsenja, jew billi tixtri slots tal-konsenja bl-ingrossa mingħand diversi NPOs, integraturi jew couriers u jbigħuhom mill-ġdid
- il- konsolidaturi tal-pakketti u tal-couriers iħejju u jiġbru l-parcels u l-pakketti (prodotti ta' anqas minn 2 kg b'daqs simili ta' ittra). Billi jikkonsolida volumi kbar minn ħafna spedituri żgħar, il-konsolidatur jikseb skontijiet akbar mill-operatur tal-konsenja
- iċ- ċentri tat-twettiq tal-loġistikajipprovdu servizz minn tarf sa tarf, inkluż il-ħażna tal-oġġetti, il-ġbir u l-ippakkjar tal-ordnijiet u l-forniment ta' servizz għall-klijenti u l-immaniġġjar tar-ritorn
- il- fornituri ta' soluzzjonijiet ta' softwarejappoġġjaw il-loġistika elettronika u it-twettiq elettroniku u b'hekk itejbu l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi. Dawn jistgħu joffru soluzzjonijiet għal skambju elettroniku ta' dokumenti, traċċar, tikkettar, integrazzjoni ta' diversi operaturi tal-konsenja, personalizzazzjoni tal-konsenji, u push-notifications lir-riċevituri
Skopri aktar dwar is- servizzi tal-pakketti fl-UE, inkluża għodda biex tgħinek issib servizz u prezz xierqa għall-konsenja transfruntieri tiegħek.
Servizzi addizzjonali għal konsenja
Inti meħtieġ li toffri perjodu ta' żmien għall-konsenja li ma jkunx itwal minn 30 jum wara x-xiri sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Inti responsabbli għal kwalunkwe dewmien u oġġetti li saritilhom ħsara waqt it-tranżitu. Skopri aktar dwar dak li jistgħu jistennew il-klijenti tiegħek hawnhekk.
Konformità mar-rekwiżiti tal-konsenja tal-prodott
Skont it-tip ta' oġġetti u servizzi li tbigħ online, ir-regolamenti tal-UE japplikaw f'ħafna oqsma differenti:
- Jekk tbigħ tagħmir tal-elettriku jew elettroniku, trid tippermetti lill-klijenti tiegħek jirritornaw skart ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku (WEEE). Aqra aktar dwar id-WEEE.
- Jekk tittrasporta prodotti tal-ikel, hemm rekwiżiti speċifiċi tas-sikurezza tal-ikel u l-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel.
- Il-prodotti mhux tal-ikel huma koperti wkoll mir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-UE u dawk nazzjonali (bħall-marka CE għall-ġugarelli u l-apparat elettroniku, it-tikketti tal-enerġija, iż-żraben, il-prodotti tat-tessuti, id-deterġenti u l-kożmetiċi, eċċ.). Skopri aktar dwar it-tikketti u l-marki.
Obbligi ta' konsenja lejn il-klijenti tiegħek
Minbarra li tissodisfa l-perjodu ta' żmien miftiehem għall-konsenja, inti responsabbli wkoll għal kwalunkwe telf u ħsara tal-merkanzija qabel ma tasal għand il-klijenti tiegħek fiżikament.
Barra minn hekk, inti direttament responsabbli għal kwalunkwe lment mill-klijenti, inklużi dawk relatati mal-konsenja tal-oġġetti.
Normalment inti ssolvi l-ilmenti relatati mal-konsenja mal-operatur tal-konsenja li miegħu għandek ftehim kuntrattwali (irrispettivament minn kemm-il sottokuntrattur ikun ħadem magħhom l-operatur) biex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-klijent tiegħek.
Jekk l-operatur tal-konsenja tiegħek ma jkunx jista' joffri soluzzjoni sodisfaċenti, jista' jkun utli li jintużaw mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti jew proċeduri ġudizzjarji Ewropej oħrajn.
Jekk użajt fornitur ta' servizz universali, tista' tikkuntattja wkoll lill- awtorità nazzjonali rilevanti għall-ilmenti pubbliċi en għal assistenza u gwida addizzjonali.