Għandek bżonn ta' tabib/sptar barra minn pajjiżek
Twissija
F’emerġenza tkun fejn tkun fl-UE, tista’ ċċempel il-112 bla ħlas minn kwalunkwe telefown fiss jew mobile biex taqbad mas-servizzi tal-emerġenza
Jekk ikollok bżonn tara tabib jew ta' trattament fi sptar matul iż-żjara tiegħek f'pajjiż ieħor tal-UE, il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tissimplifikalek il-proċeduri amministrattivi u tar-rimborż għall-kura tas-saħħa pubblika.
Id-differenzi fis-sistemi nazzjonali
Is-sistemi tal-kura tas-saħħa jvarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor. F’xi pajjiżi jaf ikollok tħallas għat-trattament lit-tabib jew lill-isptar direttament, anki jekk normalment ma tagħmilx dan f’pajjiżek.
Tista’ ssib informazzjoni dwar is-sistema tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż li żżur minn punt ta’ kuntatt nazzjonali jew billi tagħżel pajjiż mil-lista ta’ hawn taħt:
Agħżel il-pajjiż
- Ċipru
- Franza
- iċ-Ċekja
- id-Danimarka
- il-Belġju
- il-Bulgarija
- Il-Finlandja
- il-Ġermanja
- il-Greċja
- il-Kroazja
- il-Latvja
- il-Liechtenstein
- il-Litwanja
- il-Lussemburgu
- il-Pajjiżi l-Baxxi
- il-Polonja
- il-Portugall
- in-Norveġja
- ir-Rumanija
- is-Slovakkja
- is-Slovenja
- L-Awstrijaen
- l-Estonja
- l-Irlanda
- l-Islanda
- l-Isvezja
- l-Isvizzera
- l-Italja
- l-Ungerija
- Malta
- Spanja
Twissija
Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) hi aċċettata biss minn tobba jew sptarijiet affiljati mas-sistema tal-kura tas-saħħa statutarja - il-kura tas-saħħa privata mhix koperta. Jekk tuża l-kura tas-saħħa privata, dejjem ikollok tħallas il-prezz sħiħ tat-trattament inti stess. Madankollu, għandu mnejn tkun tista’ titlob rimborż parzjali.
Storja bħala eżempju
Kun ċert li tingħata trattament taħt is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika lokali
Minkejja l-fatt li kellha driegħ miksur Ewa marret fuq vjaġġ tan-negozju f'pajjiż ieħor tal-UE. Waqt li kienet hemm, beda juġagħha driegħha u għalhekk marret tara tabib. Meta waslet lura pajjiżha, irċeviet kont għat-trattament. Skopriet li l-ispiża ma kinitx koperta mill-assiguratur tagħha skont is-sistema tal-EHIC peress li t-tabib taha trattament bħala pazjenta privata. Ewa setgħet titlob xi flus lura mill-assiguratur tagħha, iżda mhux l-ammont kollu, peress li l-ispiża tat-trattament barra minn pajjiżha kienet ogħla minn dik f'pajjiżha stess.
Sir af aktar dwar pagamenti u rimborżi għal trattament mediku mhux ippjanat.
Jekk tivvjaġġa barra minn pajjiżek biex tirċievi kura medika, ma tistax tuża l-EHIC tiegħek u japplikaw regoli differenti.