Applikazzjoni għal provvediment temporanju ta' servizzi
Jekk se ġġorr f' pajjiż tal-UE ieħor u tixtieq tipprovdi s- servizzi regolati tiegħek hemmhekk temporanjament, se jkollok bżonn tibgħat dikjarazzjoni bil-miktub minn qabel. Id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat bil-miktub u jkun meta jkun qabel tipprovdi s-servizzi tiegħek għall-ewwel darba. Ladarba tibgħatha, id-dikjarazzjoni tibqa' valida għal sena.
X'għandek bżonn tibgħat
Jekk tkun meħtieġa dikjarazzjoni, tista' tibgħatha direttament lill-awtorità tal-pajjiż ospitanti responsabbli għall-professjoni tiegħek (biex tkun taf liema hi l-awtorità, staqsi lill- punt ta' kuntatt nazzjonali bg hemmhekk).
Id-dikjarazzjoni tiegħek għandu jkun fiha dan li ġej:
- ismek, kunjomok u d-dettalji ta' kuntatt
- in-nazzjonalità tiegħek
- isem il-professjoni fil-pajjiż fejn normalment taħdem
- isem il-professjoni li tixtieq tipprattika fil-pajjiż ospitanti
- informazzjoni dwar l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali tiegħek: min qed jinxurjak, in-numru ta' kuntatt (staqsi lil min iħaddmek)
- ir-referenza għal kwalunkwe dikjarazzjoni li bgħatt qabel fl-istess pajjiż
Jekk tibgħat dikjarazzjoni għall-ewwel darba, jew jekk ikun hemm xi tibdil fis-sitwazzjoni tiegħek, għandek tinkludi dawn id-dokumenti ta' referenza li ġejjin:
- prova tan-nazzjonalità tiegħek
- prova li int stabbilit skont il-liġi f'pajjiż tal-UE u li m'intix ipprojbit milli tipprattika l-professjoni regolata tiegħek, anke temporanjament
- prova tal-kwalifiki professjonali (għandu mnejn ikun jeħtieġlek tibgħat traduzzjoni ċċertifikata)
- prova li qatt ma kont misjub ħati ta' offiża kriminali jekk taħdem fil-qasam tas-sigurtà
Id-dokumenti li għandek bżonn tibgħat jistgħu jvarjaw skont il-professjoni tiegħek u l-pajjiż tal-UE fejn tixtieq tipprattika fih. Ikkuntattja l-awtorità fil-pajjiż ospitanti responsabbli għall-professjoni tiegħek biex tiċċekkja liema tipi ta' dokumenti se jkollok bżonn tibgħat.
X'jiġri bid-dikjarazzjoni tiegħek
Fil-biċċa l-kbira tal-każi tista' tibgħat id-dikjarazzjoni jkun meta jkun qabel ma tibda taħdem fil-pajjiż ospitanti (anke jekk m'intix ċert jekk fil-fatt intix se taħdem). Ladarba tibgħat id-dikjarazzjoni tiegħek, tista' tibda tipprattika immedjatament il-professjoni tiegħek.
Twissija
Jekk il-professjoni regolata hija relatata mas- saħħa u s-sigurtà u ma tibbenefikax mir- rikonoxximent awtomatiku bg , għandu mnejn ikollok tistenna li l-pajjiż ospitanti tiegħek jiċċekkja l-kwalifiki tiegħek qabel ma tkun tista' tibda taħdem għall-ewwel darba. F'dan il-każ, se jkollok bżonn tistenna għal awtorizzazzjoni formali qabel ma tkun tista' tibda taħdem.
Għandu mnejn ikollok bżonn iġġedded id-dikjarazzjoni tiegħek darba fis-sena, jekk ikollok l-intenzjoni li tkompli tipprovdi servizzi temporanji fil-pajjiż ospitanti tiegħek.