Ir-responsabbiltà tal-ġenituri

Bħala ġenitur, int responsabbli mit-trobbija, l-edukazzjoni u l-proprjetà ta' uliedek. Għandek ukoll id-dritt li tirrappreżentahom legalment.

Fil-pajjiżi kollha tal-UE, l-omm għandha awtomatikament ir-responsabbiltà bħala ġenitur ta' uliedha, kif għandu wkoll il-missier miżżewweġ. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, il-ġenituri jeżerċitaw din ir-responsabbiltà flimkien.

Ir-regoli dwar jekk missierijiet mhux miżżewġin għandhomx dawn id-drittijiet u l-obbligi jvarjaw skont il-pajjiż.

Skopri dwar ir-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fil-pajjiż(i) rilevanti għalik:

Il-kustodja u d-drittijiet tal-ġenitur li jara lill-uliedu

Ir-regoli dwar il-kustodja u dwar id-drittijiet tal-ġenitur li jara lill-uliedu huma speċifiċi għal kull pajjiż tal-UE. Il-liġijiet nazzjonali jiddeterminaw:

  • min se jkollu l-kustodja
  • jekk il-kustodja tingħatax lil ġenitur wieħed jew tkunx konġunta
  • min se jiddeċiedi dwar l-edukazzjoni ta' wliedu
  • min se jamministra l-proprjetà tal-ulied u kwistjonijiet simili.

Madankollu, il-pajjiżi kollha tal-UE jirrikonoxxu li t-tfal għandhom id-dritt għal relazzjoni personali u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri, anki jekk il-ġenituri jkunu jgħixu f'pajjiżi differenti.

Fil-każijiet ta' divorzju jew separazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk it-tfal ikunux se joqogħdu ma' ġenitur wieħed biss jew daqqa ma' wieħed/waħda u daqqa mal-ieħor/mal-oħra. Int u l-partner li kellek tistgħu tfittxu li taslu għal ftehim reċiproku dwar dan.

Ir-rikors fil-qorti dwar il-kustodja u d-drittijiet tal-ġenitur li jara lill-uliedu.

Jekk ma tistgħux tilħqu ftehim dwar il-kustodja u d-drittijiet tal-ġenitur li jara lill-uliedu, probabbilment se jkollok tmur il-qorti.

F'sitwazzjonijiet li jkunu jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed, ngħidu aħna, jekk il-ġenituri ma jkunux jgħixu fl-istess pajjiż, il-qrati responsabbli biex jisimgħu l-kawżi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jkunu dawk tal-pajjiż fejn il-wild ikun jgħix normalment.

Jekk int u martek/żewġek taqblu, is-sentenza tal-qorti dwar id-divorzju tagħkom tkun tista' tiddeċiedi wkoll dwar l-affarijiet marbutin mar-responsabbiltà tal-ġenituri li jkollhom x'jaqsmu mad-divorzju.

Il-qorti se tiddeċiedi fl-aħjar interessi tal-ulied dwar id-drittijiet tagħkom fir-rigward tal-kustodja, l-arranġamenti tal-aċċess għat-tfal u d-determinazzjoni tal-post ta' residenza tal-ulied.

Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni

Id-deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li jittieħdu minn qorti f'pajjiż tal-UE jiġu rikonoxxuti fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni mingħajr il-ħtieġa ta' xi proċedura addizzjonali.

L- infurzar tagħhom huwa ffaċilitat permezz ta' proċedura standard.

Skopri kif deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li jittieħdu f'pajjiż partikolari tal-UE jistgħu jiġu rikonoxxuti u infurzati Iftaħ bħala link estern f'ieħor.

Jeżistu awtoritajiet ċentrali li huma responabbli mir-responsabbiltà tal-ġenituri u li jistgħu jgħinuk fil-każ speċifiku tiegħek. Fittex għall-awtoritajiet ċentrali responsabbli għar-responsabbli matrimonjali u tal-ġenituri. Iftaħ bħala link estern

Twissija

Eċċezzjoni – id-Danimarka

Ir-regoli tal-UE dwar ir-responsabbiltà tal-genituri – ngħidu ahna dwar il-guriżdizzjoni, ir-rikonoxximent jew l-infurzar – ma japplikawx għad-Danimarka.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 07/06/2024
Ikkondividi din il-paġna