Dokumenti tar-residenza tal-membri tal-familja mhux mill-UE

Waqt l- ewwel 3 xhur fil-pajjiż li qed jospitak, qrabatek li mhumiex mill-UE ma jistgħux jiġu obbligati japplikaw għal dokument ta' residenza li tikkonferma d-dritt tagħhom li jgħixu hemm - għalkemm f'ċerti pajjiżi għandhom mnejn ikunu meħtieġa jirrapportaw il-preżenza tagħhom malli jaslu.

Wara 3 xhur fil-pajjiż li jospitak, qrabatek li mhumiex mill-UE jridu jirreġistraw ir-residenza tagħhom mal-awtoritajiet relevanti (normalment fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali).

Biex jiksbu dokument ta' residenza, ikun jeħtiġilhom:

  • passaportvalidu
  • iċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek bħala ċittadin tal-UE jew kwalunkwe prova oħra ta' residenza tiegħek fil-pajjiż
  • Evidenza ta' kif tiġu minn xulxin (pereżempju ċertifikat taż-żwieġ jew tat-twelid)
  • għal uliedek (jew in-neputijiet), il-prova li huma taħt il-21 sena jew li jiddependu fuqek
  • għal ġenituri tiegħek (jew in-nanniet), il-prova li jiddependu fuqek
  • għal membri oħra tal-familja, prova li huma jiddependu fuqek jew li hemm raġunijiet serji ta' saħħa li jeħtiġulek li tieħu ħsiebhom b'mod personali
  • għal koppji mhux miżżewġin, prova tar-relazzjoni fit-tul

Twissija

Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor

L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu jew le d-dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis- servizzi ta' għajnuna tagħna. Fi kwalunkwe każ, qrabatek li mhumiex mill-UE ma jistgħux jitkeċċew jekk tiskadilhom il-visa waqt li l-applikazzjoni tagħhom tkun qed tiġi pproċessata.

Jekk l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda, l-awtoritajiet iridu jagħtuhom deċiżjoni bil-miktub, fejn jiddikjaraw ir-raġuni għad-deċiżjoni u l-implikazzjonijiet, u jispeċifikaw kif qrabatek jew il-partner tiegħek jistgħu jappellaw u sa meta.

Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċettata, il- dokument ta' residenza normalment tinħareġ b'xejn. Jekk jeħlu xi flus, dawn ma jistgħux ikunu aktar minn dawk mitluba miċ-ċittadini għal dokumenti simili, bħalma huma karti tal-identità.

Fuq id-dokument għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li dan hu dokument ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin mill-UE.

Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanantli biħsiebhom joqogħdu, jekk iqsar). Kwalunkwe tibdil fl-indirizz għandu mnejn irid jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet.

Il-membri tal-familja tiegħek jistgħu jużaw id-dokument ta' residenza biex jivjaġġaw lejn pajjiż ieħor tal-UE iżda jekk jixtiequ jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE, ikollhom japplikaw għal dokument ta' residenza ieħor fil-pajjiż il-ġdid li jospitahom. U sakemm huma dipendenti fuqek, ikollok tmur magħhom.

Storja bħala eżempju

James huwa ċittadin Amerikan li jgħix fl-Italja ma' ommu u r-raġel Taljan tagħha, Giuseppe. James jixtieq imur jigħix fi Spanja u jfittex impjieg. Il-ġenituri tiegħu ma jistgħux imorru miegħu iżda huma f'pożizzjoni li jappoġġawh finanzjarjament.

Meta applika għal karta ta' residenza fi Spanja, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni Spanjoli qalu lil James li għalkemm għandu permess ta' residenza fl-Italja bħala membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE, dan ma jagħtihx id-dritt awtomatiku għal residenza Spanjola. Id-dritt ta' residenza tiegħu fl-UE jiddependi fuq iċ-ċittadinanza tal-UE ta' Giuseppe. Giuseppe jkollu jmur jgħix fi Spanja ma' James u juri li għandu biżżejjed riżorsi ekonomiċi għat-tnejn li huma.

Skopri fejn u kif tirreġistra l-membri tal-familja tiegħek mhux mill-UE fil-pajjiż li jospitak:

F'ħafna pajjiżi, qrabatek ikun jeħtiġilhom jġorru fuqhom id-dokument ta' residenza u l-passaport tagħhom il-ħin kollu. Jekk iħalluhom id-dar, jistgħu jingħataw multa jew jinżammu temporanjament arrestati iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk biss.

Ara wkoll kif tirreġistra lil qrabatek mill-UE.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 19/10/2023
Ikkondividi din il-paġna