Informazzjoni dwar il-kuntratt

X'għandek tkun taf qabel tixtri

Tixtri fejn tixtri prodott jew servizz fl-UE n-negozjant irid jagħtik informazzjoni ċara, korretta u tinftiehem dwar il-prodott jew is-servizz qabel tixtrih.

Din l-informazzjoni dwar il-kuntratt għandha tinkludi:

  • il- karatteristiċi ewlenin tal-prodott
  • il- prezz sħiħ inklużi t-taxxi u t-tariffi kollha
  • l- ispejjeż tal-konsenja (jekk applikabbli) - u kull tariffa addizzjonali oħra
  • l-arranġament għall- pagament, il-konsenja jew il-prestazzjoni
  • l- identità tan-negozjant, l-indirizz u n-numru tat-telefown
  • it- tultal-kuntratt (jekk applikabbli)

Jista' jagħti l-każ li xi ftit minn din l-informazzjoni ma jkunx hemm għalfejn tingħata b'mod espliċitu, jekk jidher ċar mill-kuntest - bħalma huma l-karatteristiċi ta' prodott li huma murija fuq xkaffa fil-ħanut.

Jekk tixtri online, bit-telefown, bil-posta minn fuq katalogu jew mingħand bejjiegħ bieb bieb, trid tingħata wkoll din l-informazzjoni addizzjonali qabel ma tixtri l-prodott jew is-servizz:

  • l-email tan-negozjant
  • kwalunkwe restrizzjoni tal-konsenja għal ċerti pajjiżi
  • id-dritt li tħassar l-ordni tiegħek fi żmien 14-il ġurnata
  • is-servizzi ta' wara l-bejgħ disponibbli
  • il-mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni ta' tilwim
  • in-numru tar-reġistru tan-negozju tan-negozjant
  • it-titlu professjonali u d-dettalji tal-VAT tan-negozjant (jekk applikabbli)
  • l-assoċjazzjoni professjonali li minnha jagħmel parti n-negozjant (jekk applikabbli)

Għal xiri bħal dan, għandek iżżomm f'moħħok li int m'għandikx tħallas spejjeż tal-konsenja jew xi tariffioħra li ma kontx infurmat bihomminn qabel.

Il-kuntratti jridu jkunu miktubin b' lingwa normali li tinftiehem u ma jistax ikun fiha termini ta' kuntratt inġusti.

Twissija

F'xi pajjiżi tal-UE, id-dritt li tirċievi konferma tal-ordni tiegħek, li tħassarha u rekwiżiti legali oħrajn ma japplikawx għal xiri bieb bieb ta' anqas minn EUR 50.

Konferma tax-xiri

Meta tixtri xi ħaġa minn kwaluwkwe post li ma jkunx ħanut - pereżempju online, bit-telefown jew minn katalogu - int trid tirċievi konferma bil-miktub tat-tranżazzjoni tiegħek. Il-konferma trid tkun fuq il-karta jew fuq format li jservi għal żmien twil bħal email jew messaġġ fuq il-kont personali tiegħek fuq is-sit web tan-negozjant – sakemm tkun xi ħaġa li tista' taħżen u li n-negozjant ma jistax ibiddel b'mod unilaterali.

Kontenut diġitali

Japplikaw rekwiżiti ta' informazzjoni speċifiċi meta tixtri kontenut diġitali online, pereżempju meta tiddawnlowdja jew tistrimja l-mużika jew video. Qabel ma tixtri, trid tkun infurmat ukoll dwar kif il-kontenut jaħdem ma' hardware/software rilevanti (l-interoperabbiltà) u dwar il-funzjonalitajiet, inkluż dwar kwalunkwe restrizzjoni ġeografika li tapplika fuq l-użu tal-kontenut u jekk humiex permessi kopji privati.

Komunikazzjoni ta' wara l-bejgħ bit-telefown

Il-bejjiegħa li jipprovdu linji tat-telefown ta' wara l-bejgħ għall-konsumaturi għandhom jiżguraw li t-telefonati jkollhom tariffa b'rata bażika. Huwa pprojbit għan-negozjanti li jitolbu li l-konsumaturi jċemplu linji tat-telefown b'rata primjum biex jagħmlu mistoqsijiet jew ilmenti dwar ix-xiri jew il-kuntratt tagħhom.

Ix-xiri mingħand negozjanti online mhux mill-UE

Id-drittijiet tal-konsumatur tiegħek taħt ir-regoli tal-UE normalment japplikaw ukoll għal xiri mingħand negozjanti online mhux mill-UE li għandhom fil-mira konsumaturi fl-UE. Madankollu, jista' jkollok diffikultajiet biex tasserixxi d-drittijiet tiegħek ma' negozjanti bbażati barra l-UE.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 07/11/2024
Ikkondividi din il-paġna