Dokumentazzjoni teknika u dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
Id-dokumentazzjoni teknika tipprovdi informazzjoni dwar id- disinn, il- manifattura, u l- operazzjoni ta' prodott u għandha tikkontieni d-dettalji neċessarji kollha biex turi li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli.
Jekk int il-manifattur, jeżistu ċerti regoli li għandhom ikunu segwiti meta tikkummerċjalizza prodott fis-suq; għandek:
- tipprepara dokumentazzjoni teknika qabel ma tikkummerċjalizza prodott fis-suq
- tiżgura li d-dokumentazzjoni teknika hi disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq (fil-każ li jitolbu li jarawha) malli l-prodott jiġi kkummerċjalizzat fis-suq
- iżżomm id-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin mid-data li fiha l-prodotti jiġi kkummerċjalizzat fis-suq(sakemm ma jkunx b'mod espliċitu speċifikat b'mod ieħor)
Id-dokumentazzjoni teknika hi neċessarja biex tipprova li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u għalhekk tiġġustifika u tappoġġja dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE. Jeħtieġlek din id-dokumentazzjoni sabiex twaħħal l- immarkar CE mal-prodott.
Kif tista' tfassal id-dokumentazzjoni teknika?
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi mill-anqas:
- ismek u l-indirizz tiegħek, jew dawk ta' kwalunkwe rappreżentant awtorizzat
- deskrizzjoni qasira tal-prodott
- identifikazzjoni tal-prodott, pereżempju, in-numru tas-serje tal-prodott
- isem(ijiet) u indirizz(i) tal-faċilitajiet involuti fid-disinn u l-manifattura tal-prodott
- l-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe korp notifikat involut fil-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott
- dikjarazzjoni tal- proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li ġiet segwita
- dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE
- tikketta u struzzjonijiet għall-użu
- dikjarazzjoni tar-regolamenti rilevanti li l-prodott jikkonforma magħhom
- identifikazzjoni ta' standards tekniċi li għalihom hi aċċertata l-konformità
- lista ta' partijiet
- riżultati tat-testijiet
Bħala manifattur, għandek tkun kapaċi turi fejn u kif huma miżmumin u mantnuti d-diversi partijiet tad-dokument.
Normalment tista' tagħżel f'liema lingwa tixtieq tipprepara d-dokumentazzjoni teknika. Madankollu, l- awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq en jistgħu jitolbuk biex tittraduċi d-dokumentazzjoni teknika skont il-pajjiż tal-UE fejn il-prodott ġie kkummerċjalizzat fis-suq. Jekk tintalab, tista' wkoll tipprovdih f'format elettroniku.
Valutazzjoni tar-riskji
Bħala manifattur, int responsabbli għall-identifikazzjoni tar- riskji possibblikollha li jista' jikkawża l-prodott tiegħek u tiddetermina r- rekwiżiti essenzjali applikabbli. Din l-analiżi għandha tkun inkluża fid-dokumentazzjoni teknika. Barra minn hekk, jeħtieġlek tispjega l-modi li fihom int indirizzajt ir-riskji identifikati biex tiżgura li l-prodott tiegħek jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, pereżempju, billi tapplika standards armonizzati.
Dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE
Dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE(DoC) hi dokument mandatarju li int bħala manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħek jeħtiġilkom li tiffirmaw biex tiddikjaraw li l-prodotti tagħkom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-UE. Meta tiffirma d-DoC int tassumi responsabbiltà sħiħa għall-konformità tal-prodotti tiegħek mal-liġi applikabbli tal-UE.
Kif tfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE
Bħala manifattur, hi r-responsabbiltà tiegħek li tfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE en (DoC). Hi għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:
- ismek u l-indirizz sħiħ tan-negozju tiegħek jew dak tar-rappreżentant awtorizzat tiegħek
- in-numru tas-serje tal-prodott, l-identifikazzjoni tal-mudell jew tat-tip
- dikjarazzjoni, li tiddikjara li tassumi li qed tieħu r-responsabbiltà kollha
- mezz ta' identifikazzjoni tal-prodott li jippermetti t-traċċabbiltà – dan jista' jinkludi immaġni
- id-dettalji tal-korp notifikat li wettaq il- proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità (jekk applikabbli)
- il-leġiżlazzjoni rilevanti li magħha jikkonforma l-prodott, kif ukoll kwalunkwe standard armonizzat jew mezz ieħor użat li jipprova l-konformità
- isemek u l-firma
- id-data li fiha nħarġet id-dikjarazzjoni
- informazzjoni supplimentari (jekk applikabbli)
Għal prodotti importati, l- importatur għandu jiżgura li l-prodott hu akkumpanjat b'DoC u għandu jżomm kopja tagħha għal 10 snin wara li l-prodott jiġi kkummerċjalizzat fis-suq.
Għandek tittraduċi d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-pajjiż tal-UE fejn jinbiegħ il-prodott tiegħek.