Tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan f’pajjiż ieħor tal-UE
Jekk tmur tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE u l-liċenzja tas-sewqan tiegħek tiskadi, se jkollok iġġedded il-liċenzja tiegħek fil-pajjiż fejn int għandek ir-residenza normali tiegħek.
Irrispettivament mit-tip ta’ liċenzja tas-sewqan li għandek – format ta’ stil antik jew ġdid – se tinħariġlek liċenzja ta’ format standard ġdid (plastik, kard b’ritratt ta’ daqs tal-karta ta’ kreditu) meta ġġeddidha. Il-liċenzja l-ġdida tiegħek jista' jkollha perjodu ta' validità differenti minn dik ta’ qabel u tkun suġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni jew kundizzjoni li tapplika fil-pajjiż ġdid tiegħek.
Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek ġiet sospiża, ristretta, irtirata jew ikkanċellata fil-pajjiż tal-UE li ħariġha, ma tkunx tista’ ġġeddidha.
Twissija
Jekk tmur tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE u tapplika biex iġġedded jew tiskambja l-liċenzja tas-sewqan tiegħek, tista’ tirċievi dokument provviżorju/temporanju waqt li l-awtoritajiet jipproċessaw l-applikazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok kun af li xi pajjiżi tal-UE ma jirrikonoxxux dawn id-dokumenti proviżorji jew temporanji. Dan jista’ joħloq problemi partikolari għas-sewwieqa professjonali li jaħdmu bejn il-fruntieri. Kun ċert li tiċċekkja r-regoli fil-pajjiż rilevanti tal-UE.Twissija
Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tintilef jew tinsteraqlek, trid tapplika għal waħda lokali biex tibdilha. Skopri x’għandek tagħmel jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tintiliflek jew tinsteraqlek waqt li tkun qed tivvjaġġa f’pajjiż ieħor.
Informazzjoni speċifika għall-pajjiż
Iċċekkja l-formalitajiet biex iġġedded il-liċenzja tiegħek jew tibdel waħda mitlufa fil-pajjiż fejn tgħix:
Agħżel il-pajjiż
Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.