Ħaddiema stazzjonati

L-impjegatur jista’ jibagħtek taħdem temporanjament f'pajjiż ieħor tal-UE. Matul dan il-perjodu, se takkwista l-istatus ta’ ħaddiem stazzjonat u se tibbenefika mill-istess kundizzjonijiet u drittijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema fil-pajjiż ospitanti tiegħek.

Stazzjonar jista’ jdum sakemm ikun meħtieġ biex jitwettaq kompitu speċifiku. Meta l-istazzjonar tiegħek jintemm, għandek tirritorna lejn il-post tax-xogħol tiegħek fil-pajjiż tal-UE li minnu kont stazzjonat.

Kundizzjonijiet tax-xogħol

Se taqa’ taħt it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-pajjiż li qed jospitak jekk ikunu aktar vantaġġużi minn dawk tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħek. F’dan il-każ, l-impjegatur tiegħek hu obbligat jikkonforma mar-regoli bażiċi ta’ dak il-pajjiż dwar il-protezzjoni tal-impjegati u t-termini tal-impjieg relatati ma’:

  • L-elementi bażiċi kollha tar-remunerazzjoni kif definiti fil-liġi nazzjonali jew fi ftehimiet kollettivi applikabbli b’mod universali
  • Il-kumpens għas-sahra
  • L-allowances jew ir-rimborż tal-ispejjeż biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ikel u l-akkomodazzjoni fil-pajjiż ospitanti matul l-istazzjonar (jekk tkun meħtieġ tivvjaġġa matul l-istazzjonar)
  • Il-perjodi massimi ta’ xogħol
  • Il-perjodi minimi ta’ serħan
  • Il-leave annwali minimu mħallas
  • Is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq il-post tax-xogħol
  • Kwalunkwe kundizzjoni speċifika għar-reklutaġġ permezz ta’ aġenziji li jipprovdu staff temporanju
  • Il-miżuri protettivi għan-nisa tqal, in-nisa li reċentement welldu u ż-żgħażagħ (taħt it-18-il sena)
  • It-trattament ugwali għall-irġiel u għan-nisa u regoli oħrajn biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni
  • L-akkomodazzjoni, jekk ipprovduta mill-impjegatur
Jekk, minflok, it-termini u l-kundizzjonijiet f’pajjiżek ikunu aktar favorevoli minn dawk tal-pajjiż ospitanti, l-impjegatur tiegħek irid iżomm il-kundizzjonijiet tal-pajjiż ta’ oriġini matul l-istazzjonar.

Id-drittijiet u l-obbligi tiegħek bħala ħaddiem stazzjonat

Waqt li tkun stazzjonat f'pajjiż ieħor tal-UE:

  • ma jkunx jeħtieġlek permess tax-xogħol
  • m’intix se tkun meħtieġ tikseb rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħek; madankollu, għandu mnejn ikollok bżonn dikjarazzjoni bil-miktub għal ċerti professjonijiet: skopri aktar dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali
  • m’għandekx bżonn tirreġistra mal-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż fejn ġejt stazzjonat, minħabba li inti tibqa’ assigurat fil-pajjiż fejn int normalment impjegat. Għalhekk, matul l-istazzjonar tiegħek, inti ma takkumula ebda dritt addizzjonali ta’ sigurtà soċjali bħal drittijiet tal-pensjoni jew id-dritt għal benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż fejn tkun ġejt stazzjonat.
  • għandek tirreġistra r-residenza tiegħek mal-awtoritajiet jekk l-istazzjonar tiegħek hu itwal minn 3 xhur
  • m’intix se takkumula d-dritt għar-residenza permanenti fil-pajjiż ospitanti

Stazzjonar fit-tul

Jekk tintbagħat għal aktar minn 12-il xahar (jew 18-il xahar jekk l-impjegatur jissottometti notifika motivata lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżek) it-termini u l-kundizzjonijiet kollha rilevanti tal-impjieg tal-pajjiż ospitanti japplikaw, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-terminazzjoni ta’ kuntratti u l-pensjonijiet tax-xogħol supplimentari.

Jekk int stazzjonat f’pajjiż ieħor tal-UE għal perjodu twil ta' żmien għandu mnejn tixtieq li l-familja tiegħek tingħaqad miegħek bis-saħħa tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE tagħhom, iżda mhux bħala d-dipendenti tiegħek.

Taxxa fuq l-introjtu

Jekk taħdem fil-pajjiż ospitanti għal anqas minn sitt xhur, m’għandekx tkun suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fih. Madankollu, ma teżisti ebda regola applikabbli għall-Ewropa kollha li tistabbilixxi liema pajjiż jista' jintaxxak fuq l-introjtu meta tkun stazzjonat. Dan jeħtieġlu jkun stabbilit fil-liġijiet nazzjonali jew fil-ftehimiet dwar it-taxxa bejn il-pajjiżi tal-UE.

Kopertura tas-sigurtà soċjali meta tkun f'pajjiż barrani

Bħala ħaddiem stazzjonat, biex tkompli tkun kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż ta’ oriġini, l-impjegatur tiegħek għandu jitlob id-Dokument Portabbli A1(formola PD A1 PDF ) mill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek u jinforma l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti. Jekk l-istazzjonar idum aktar minn sentejn, tista’ jew:

  • taqleb għas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż fejn tinsab stazzjonat jew
  • titlob lill-impjegatur biex tapplika biex tiġi estiża l-validità tal-perjodu ta’ stazzjonar tal-formola ta’ sigurtà soċjali tiegħek biex tibqa’ kopert fil-pajjiż ta’ oriġini. L-estensjoni tingħata jekk jintlaħaq ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet fiż-żewġ pajjiżi u jkun fl-interess tiegħek.

Skopri aktar dwar il-kopertura tas-sigurtà soċjali tiegħek waqt stazzjonar f'pajjiż ieħor tal-UE.

Informazzjoni li l-impjegatur għandu jipprovdi lill-pajjiż ospitanti

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-impjegatur tiegħek irid jibgħat notifika (“dikjarazzjoni ta’ stazzjonar”) lill-awtoritajiet fil-pajjiż ospitanti qabel (jew mhux aktar tard minn meta) jibda l-istazzjonar, bid-dettalji li ġejjin:

  • l-identità tal-impjegatur
  • in-numru ta’ ħaddiema stazzjonati
  • l-indirizz tal-post tax-xogħol tal-istazzjonar
  • it-tul ta’ żmien mistenni tal-istazzjonar, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tmiem
  • it-tip ta’ servizz ipprovdut matul l-istazzjonar
  • il-persuna ta’ kuntatt li tikkoopera mal-awtoritajiet fil-pajjiż ospitanti

L-impjegatur tiegħek għandu jinforma wkoll lill-istituzzjoni kompetenti tal-pajjiż ospitanti jekk iseħħu xi bidliet, bħal jekk l-istazzjonar ma jseħħx jew jiġi interrott. Aqra aktar dwar l-obbligi ta’ dikjarazzjoni fis-sit web tal-pajjiż ospitanti.

Informazzjoni li l-impjegatur tiegħek għandu jipprovdilek

Jekk l-istazzjonar tiegħek idum għal perjodu konsekuttiv ta’ aktar minn erba’ ġimgħat, l-impjegatur tiegħek irid jipprovdilek bil-miktub, qabel it-tluq tiegħek, l-informazzjoni li ġejja:

  • il-pajjiż jew il-pajjiżi fejn se taħdem (il-pajjiż ospitanti)
  • it-tul ta’ żmien mistenni tax-xogħol barra mill-pajjiż
  • il-munita li għandha tintuża għall-ħlas tar-remunerazzjoni
  • kwalunkwe benefiċċju (fi flus cash jew ieħor) relatat mal-assenjament tax-xogħol
  • informazzjoni dwar ir-ripatrijazzjoni: jekk hix ipprovduta u, jekk iva, b’liema kundizzjonijiet
  • ir-remunerazzjoni skont il-liġi applikabbli tal-pajjiż ospitanti
  • kwalunkwe allowance speċifika relatata mal-istazzjonar
  • l-arranġamenti għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-ikel u tal-akkomodazzjoni
  • il-link għas-sit web uffiċjali nazzjonali tal-pajjiż ospitanti dwar il-ħaddiema stazzjonati

Siti web dwar l-istazzjonar

Iċċekkja s-sit web nazzjonali tal-pajjiż ospitanti biex issib kemm it-termini u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema stazzjonati, kif ukoll l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtoritajiet lokali.

Siti web dwar l-istazzjonar

Uffiċċji Nazzjonali ta’ Kollegament

Kull pajjiż għandu awtorità kompetenti li tista’ twieġeb mistoqsijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema. Id-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Kollegament huma taħt il-buttuna Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali hawn taħt.

Aktar informazzjoni

Għal aktar informazzjoni ċċekkja l-gwida qasira tal-UE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema

Ara wkoll il-gwida prattika tal-UE dwar l-istazzjonar.

Taħdem għal rasek u qed tippjana tmur taħdem f’pajjiż barrani għal ftit xhur? Aqra din il-FAQ biex tiskopri liema formalitajiet huma meħtieġa.

Mistoqsijiet frekwenti

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Agħżel il-pajjiż

l-Awstrija

Bundesministerium für Arbeit und Wirtschaft

Federal Ministry of Labour and Economy

Favoritenstraße 7

AT-1040 Wien

Contact form Iftaħ bħala link estern en

il-Belġju Il-Belġju – il-Fjandri Il-Belġju – il-Vallonja

FPS Employment, Labour and Social Dialogue, Belgian liaison office, Directorate-general labour law and legal studies

SPF Emploi, Travail et Concertation sociale, Bureau de liaison belge, Direction Générale Droit du travail et études juridiques

FOD Werkgelegenheid, Arbeid en Sociaal Overleg, Belgisch verbindingsbureau, Algemene directie arbeidsrecht en juridische studiën

Rue Ernest Blerot 1

BE-1070 Bruxelles/Brussel

Employment Belgium (EN) Iftaħ bħala link estern en

Emploi Belgique (FR) Iftaħ bħala link estern fr

Werk België (NL) Iftaħ bħala link estern nl

il-Bulgarija

Министерство на труда и социалната политика - ИА Главна инспекция по труда

Ministry of Labour and Social Policy - General Labour Inspectorate EA

3 Kniaz Aleksandar Dondukov blvd.

BG-1000 Sofia

il-Kroazja

Ministarstvo rada, mirovinskoga sustava, obitelji i socijalne politike

Ministry of Labour, Pension System, Family and Social Policy

Ulica grada Vukovara 78

HR-10000 Zagreb

Ċipru

Υπουργείο Εργασίας , Πρόνοιας και Κοινωνικών Ασφαλίσεων - Τμήμα Εργασίας

Ministry of Labour, Welfare and Social Insurance - Department of Labour

9 Klimentos Str

CY-1480 Nicosia

iċ-Ċekja

Ministerstvo práce a sociálních věcí

Ministry of Labour and Social Affairs

Na Poříčním právu 1

CZ-128 01 Praha 2

Posting and social security Iftaħ bħala link estern en

Posting a foreigner to the Czech republic Iftaħ bħala link estern en

id-Danimarka

Danish Working Environment Authority

Landskronagade 33

2100 København Ø

Posting regulations Iftaħ bħala link estern en

Social security cover Iftaħ bħala link estern en

l-Estonja

Tööinspektsioon; Ms Liis Naaber-Kalm

Labour Inspectorate

Mäealuse 2/2

EE-12618 Tallinn

il-Finlandja

Tyosuojelu

Arbetarskyddsförvaltningen

Occupational Safety and Health Administration

Occupational Safety and Health Administration Iftaħ bħala link estern en

Franza

Bureau de liaison nationale - Direction générale du travail - Ministère du Travail

National Liaison Office - Directorate General for Labour - Ministry for Labour

39-45, quai André Citroën

FR-75902 Paris Cedex 15

Posting of employees - Ministry for Labour Iftaħ bħala link estern en

il-Ġermanja

Generalzolldirektion Direktion VII - Finanzkontrolle Schwarzarbeit

Directorate VII of the Central Customs Authority - Financial Control of Undeclared Work

General Customs Directorate Directorate VII - Financial Control of Clandestine Employment

Josef-Lammerting-Allee 24-34

DE-50933 Köln

Central Customs Authority Iftaħ bħala link estern en

il-Greċja

Ministry of Labour and Social Affairs, Directorate-General of Employment Relationships, Occupational Health and Safety and Labour Market Integration

Directorate of Individual Contractual Labour Arrangements, Section of Individual Labour Contract (D. Pantazidou, A. Revela)

29 Stadiou Str.

10559 Athens

Greece

ypergasias.gov.gr Iftaħ bħala link estern el

il-Greċja

Ministry of Labour and Social Affairs, Directorate-General of Employment Relationships, Occupational Health and Safety and Labour Market Integration

Directorate of Health and Safety at Work, Section of Working Conditions and Strategic Planning (V. Papanastasiou, A. Mandalou)

29 Stadiou Str.

10559 Athens

Greece

ypergasias.gov.gr Iftaħ bħala link estern el

il-Greċja

Labour Inspectorate, Independent Authority

Central Division, Directorate of Planning and Coordination of Labour Relations Inspection (A. Mpouzios, D. Souliotis)

10 Agisilaou Str.

10437 Athens

Greece

sepe.gov.gr Iftaħ bħala link estern el

l-Ungerija

Nemzetgazdasági Minisztérium - Munkafelügyelet Foglalkoztatás-felügyelet

Ministry for National Economy - Hungarian Labour Inspectorate

P.O. Box 481

HU-1369 Budapest

l-Islanda

Velferðarráðuneytið

Ministry of Social Affairs

Skogarhlid 6

IS-150 Reykjavik

l-Irlanda

Workplace Relations

O'Brien Road

Carlow

Ireland

l-Italja

Ministero del Lavoro e delle Politiche Sociali; Direzione Generale dei rapporti di lavoro e delle relazioni industriali

Ministry of Labour and Social Policy

Via Fornovo, 8

IT-00192 Roma

il-Latvja

Valsts darba inspekcija

State Labour Inspectorate

Kr. Valdemara Street 38

LV-1010 Rīga

il-Liechtenstein

Amt für Volkswirtschaft - Abteilung Wirtschaft

Office of National Economy - Department of Economic Affairs

Haus der Wirtschaft

Poststrasse 1

LI-9494 Schaan

il-Litwanja

Valstybinė darbo inspekcija

State Labour Inspectorate

Algirdo Str. 19

LT-03607 Vilnius

il-Lussemburgu

Inspection du travail et des mines

Labour and Mines Inspectorate

3, rue des Primeurs

L-2361 Strassen

Malta

Department for Industrial and Employment Relations

121, Melita Street

VLT 1121 Valletta

il-Pajjiżi l-Baxxi

Ministerie van Sociale Zaken en Werkgelegenheid - Inspectie SZ

Ministry of Social Affairs and Employment - Labour Inspectorate

Parnassusplein 5, NL-2511 VX Den Haag

P.O Box 90801, NL-2509 LV Den Haag

postedworkers.nl Iftaħ bħala link estern nl

english.postedworkers.nl/ Iftaħ bħala link estern en

deutsch.postedworkers.nl/ Iftaħ bħala link estern de

wholandii.pl/ Iftaħ bħala link estern pl

nllabourauthority.nl Iftaħ bħala link estern en

nlarbeidsinspectie.nl/ Iftaħ bħala link estern nl

in-Norveġja

Arbeidstilsynet

Labour Inspection Authority

Postboks 4720 Torgard

NO-7468 Trondheim

www.arbeidstilsynet.no Iftaħ bħala link estern enen

il-Polonja

Państwowa Inspekcja Pracy - Główny Inspektorat Pracy

National Labour Inspectorate - Chief Labour Inspectorate

ul. Barska 28/30

PL-02 315 Warszawa

il-Portugall

Autoridade para as Condições do Trabalho (ACT)

Authority for Working Conditions

Praca de Alvalade n. 1

1749-043 LISBON

website Iftaħ bħala link estern pt

e-forms Iftaħ bħala link estern pt

ir-Rumanija

Inspecția Muncii

Labour Inspectorate

Strada Matei Voievod, nr. 14

RO-030167, Sector 2

București

is-Slovakkja

Národný inšpektorát práce

National Labour Inspectorate

Masarykova 10

SK-040 01 Kosice

is-Slovenja

Ministrstvo za delo, družino, socialne zadeve in enake možnosti

Ministry of Labour, Family, Social Affairs and Equal Opportunities

Štukljeva cesta 44

SI-1000 Ljubljana

Spanja

Dirección General de Trabajo

General Directorate of Labour

Pío Baroja, 6

ES-28009 Madrid

Desplazamiento - Datos de contacto Iftaħ bħala link estern es

Desplazamiento Iftaħ bħala link estern es

l-Isvezja

Arbetsmiljöverket

Swedish Work Environment Authority

Box 9082

SE-171 09 Solna

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 13/11/2024
Ikkondividi din il-paġna