Il-persunal tal-avjazzjoni ċivili
Ħinijiet tax-xogħol, liv bi ħlas u mistrieħ
Jekk tħaddem persunal fis-settur tal-avjazzjoni ċivili, għandek tillimita l-ħin tax-xogħol annwali massimu għal 2000 siegħa, b'massimu ta' 900 siegħa ta' ħin totali ta' titjir.
Għandek tiggarantixxi li l-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili jingħata tal-anqas 4 ġimgħat ta' liv annwali bi ħlas. Ma tistax tissostitwixxih b'allowance, ħlief meta l-impjieg jiġi tterminat.
Għandek tagħti lill-persunal tiegħek li jaħdmu f'kull tip ta' servizz minimu ta':
- 7 ijiem liberi minn kull xogħol kull xahar kalendarju (li jistgħu jinkludu kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ meħtieġ bil-liġi)
- 96 jum liberu minn kull xogħol kull sena kalendarja (li jistgħu jinkludu kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ meħtieġ bil-liġi)
Saħħa u sikurezza
Qabel jibda jaħdem il-persunal għandu jagħmel eżami tas-saħħa bla ħlas, li jirrispetta l-kunfidenzjalità medika, u li jiġi ripetut f'intervalli regolari. Jekk impjegat ibati minn problemi tas-saħħa marbuta max-xogħol ta' billejl, għandu jiġu ttrasferit, kull meta jkun possibbli, għal xogħol ta' binhar.