Xogħol part-time
Kundizzjonijiet tax-xogħol indaqs
Inti għandek toffri lill-istaff part-time tiegħek l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema full-time, inklużi l-paga, il-leave, il-perjodi tan-notice u drittijiet u benefiċċji oħrajn marbutin mal-impjieg tagħhom. Il-kundizzjonijiet tal-impjieg għandhom jiġu applikati fuq bażi prorata meta mqabbla mal-ħaddiema full-time. Pereżempju, jekk ħaddiem part-time jaħdem nofs is-sigħat ta’ ħaddiem full-time, hu għandu jirċievi nofs l-ammont ta’ leave annwali.
Storja bħala eżempju
Opportunitajiet indaqs ta’ taħriġ u paga prorata
Albena hi studenta universitarja li taħdem part-time f’kafetterija mimlija attività biex tgħinha tħallas għall-istudji tagħha. Il-kafetterija toffrilha paga prorata u opportunitajiet ta’ taħriġ indaqs, filwaqt li taderixxi mar-regoli tal-UE li jipproteġu lill-ħaddiema part-time mid-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sigħat tax-xogħol tagħhom.
Storja bħala eżempju
Flessibbiltà u benefiċċji proporzjonali
Milan, bartender fi tmiem il-ġimgħa f’nightclub popolari, gawda xiftijiet flessibbli li ppermettewlu jsegwi l-passjoni tiegħu għall-mużika matul il-ġimgħa. In-nightclub irrispetta r-regoli tal-UE billi tah benefiċċji proporzjonali u l-opportunità li jipparteċipa f’sessjonijiet ta’ taħriġ flimkien ma’ staff full-time.
Modifika fl-arranġamenti tal-impjieg
Kull meta jkun possibbli, trid tipprova takkomoda t-talbiet mill-impjegati tiegħek jekk ikunu jridu jbiddlu l-iskedi tax-xogħol tagħhom, bħal:
- trasferiment minn xogħol full-time għal part-time
- trasferiment minn xogħol part-time għal full-time
- żieda fis-sigħat tax-xogħol tagħhom
Ma tistax tkeċċi impjegat jekk jirrifjuta li jagħmel trasferiment minn xogħol part-time għal xogħol full-time jew viċi versa.
Storja bħala eżempju
Perspettivi ġodda
Oskar, manager ta’ lukanda, talab li jaqleb minn full-time għal part-time biex iqatta’ aktar ħin mal-familja tiegħu. Is-superviżur tiegħu fehem il-ħtieġa tiegħu u approva l-bidla, billi rranġa sabiex assistent manager ikun jista’ jkopri s-sigħat li jkun fadal. Dan l-approċċ flessibbli mhux biss appoġġja lil Oskar iżda ppermetta wkoll li l-lukanda ġġib perspettivi ġodda u ttejjeb il-kollaborazzjoni tat-tim.
Skopri aktar dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u x-xogħol part-time f’pajjiżi differenti tal-UE: