Elezzjonijiet tal-pajjiż ta' oriġini
Kull pajjiż tal-UE għandu regoli nazzjonali speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet minn pajjiż barrani, li jiddeterminaw:
- jekk tistax tivvota minn pajjiż barrani
- jekk tistax toħroġ bħala kandidat minn pajjiż barrani
- liema elezzjonijiet tista' tipparteċipa fihom minn pajjiż barrani: lokali, reġjonali, nazzjonali eċċ.
- il-kundizzjonijiet li jeħtieġlek tissodisfa
M'hemm ebda regola tal-UE dwar drittijietek li tipparteċipa fl-elezzjonijiet tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek jekk tgħix f'pajjiż barrani.
Biex issir taf aktar għandek tikkuntattja l-ambaxxata jew il-konsulat ta' pajjiżek.
L-aħħar verifika: 02/02/2023