Indikazzjonijiet ġeografiċi
Jekk il-prodott tiegħek għandu oriġini ġeografika speċifika u reputazzjoni - kwalità partikolari jew karatteristiċi oħrajn ta' prodott li huma attribwiti lilu b'mod essenzjali - tista' tipproteġih b'indikazzjoni ġeografika (IĠ).
L-indikazzjonijiet ġeografiċi jipproteġu:
- il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
- ix-xorb spirituż
- l-inbejjed
- l-inbejjed aromatizzati
Id-drittijiet tiegħek taħt protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika
L-indikazzjonijiet ġeografiċi jipproteġu l-prodotti tiegħek kontra l- użu ħażin jew l- imitazzjoni ta' isem reġistrat u jiggarantixxu l-oriġini vera tal-prodott lill-klijenti tiegħek. Dawn ir-regoli jiżguraw li int u l-produtturi kollha f'erja ġeografika partikolari jkollkom drittijiet kollettivi fuq il-prodott, sakemm jintlaħqu ċertu rekwiżiti.
Spjegazzjoni tal-iskemi ta' kwalità
Skont l-iskemi ta' kwalità tal-UE, l-ismijiet tal-prodotti li għalihom hemm rabta intrinsika bejn il-kwalitajiet jew il-karatteristiċi tal-prodott u l- oriġini ġeografika bg cs da de el en es fi fr hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv huma protetti Hemm:
- Denominazzjonijiet ta' oriġini protetta (DOP) għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u għall-inbejjed
- Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel u l-inbejjed
- Indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) għax-xorb spirituż u l-inbejjed aromatizzati
Skopri aktar dwar l- iskemi ta' kwalità tal-UE bg cs da de el en es fi fr hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv .
Ikkonsulta l- lista ta' ismijiet tal-prodotti li jew applikaw għall-protezzjoni jew li issa huma reġistrati bħala DOP, IĠP jew IĠ.
Kif tirreġistra għal protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika
Ara kif tirreġistra l-isem tal-prodott tiegħek taħt skema ta' kwalità tal-UE.