Tneħħija tar-reġistrazzjoni tar-residenza tiegħek
Xi pajjiżi tal-UE jitolbuk tinforma lill-awtoritajiet jekk qed tippjana li titlaq mill-pajjiż b’mod permanenti (jew għal perjodu twil). F’xi pajjiżi tal-UE, jista’ jkun li jkollok tlesti din il-proċedura personalment, f’oħrajn jista’ jkun possibbli li tagħmel din il-proċedura bil-posta jew online.
Bħala parti mill-proċess, jista’ jkun meħtieġ li tagħti lura d-dokumenti ta’ residenza tiegħek u dawk tal-familja tiegħek, jekk applikabbli. L-awtoritajiet jistgħu jissospendu r-reġistrazzjoni tiegħek bħala residenti jew iħassruk b’mod permanenti mir-reġistru tal-popolazzjoni.
L-awtoritajiet ta’ xi pajjiżi jinnotifikaw lid-dipartimenti rilevanti tal-gvern bit-tneħħija tar-reġistrazzjoni tiegħek (pereżempju, l-awtoritajiet tat-taxxa, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-karozzi) filwaqt li oħrajn jitolbuk tikkuntattja lil kull dipartiment individwalment.
Biex issib aktar informazzjoni dwar it-tneħħija tar-reġistrazzjoni tar-residenza tiegħek (fejn rilevanti) f’pajjiż tal-UE, iċċekkja s-sit web tal-awtoritajiet nazzjonali hawn taħt.