Dokumenti u formalitajiet

Kopji ċertifikati u traduzzjonijiet ġuramentati

L-awtoritajiet jistgħu jitolbu kopji ċertifikati u/jew traduzzjonijiet ġuramentati ta' ċerti dokumenti prinċipali biex tipprova l-awtentiċità tad-dokumenti tiegħek bħaċ-ċertifikati tal-kwalifika tiegħek.

Twissija

L-awtoritajiet huma obbligati li jaċċettaw traduzzjonijiet ġuramentati minn kwalunkwe pajjiż tal-UE L-awtoritajiet ma jistgħux jitolbuk traduzzjonijiet ġuramentati tal-karta tal-identità, il-passaport jew dokument ieħor mhux relatat mal-kwalifiki tiegħek.

It-testijiet tal-lingwa

Jista' jkun li l-pajjiż il-ġdid tiegħek jitolbok għarfien tal-lingwa(i) nazzjonali speċjalment jekk dan l-għarfien huwa importanti biex tipprattika l-professjoni tiegħek. Madankollu, ir-rekwiżiti tal-lingwa ma jistgħux jeċċedu dak li huwa oġġettivament neċessarju biex tipprattika l-professjoni tiegħek.

Twissija

Sakemm il-ħiliet lingwistiċi mhumiex parti mill-kwalifika tiegħek, l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-kwalifika professjonali tiegħek u r-rekwiżit biex tipprova l-ħiliet lingwistiċi mhumiex relatati. Għalhekk, ir-rikonoxximent tal-kwalifika professjonali tigħek ma jistax jiġi rifjutat jew pospost minħabba nuqqas ta' ħiliet lingwistiċi.

X'inhi prova suffiċjenti ta' ħiliet lingwistiċi

Wieħed minn dawn id-dokumenti huwa biżżejjed biex tipprova l-ħiliet lingwistiċi tiegħek:

  • kopja ta' kwalifika riċevuta fil-lingwa(i) tal-pajjiż ospitanti tiegħek
  • lawrja universitarja bil-lingwa(i) tal-pajjiż ospitanti tiegħek
  • ċertifikat tal-lingwa mogħti minn istituzzjoni tal-lingwa rikonoxxuta bħall-Istitut Goethe, eċċ.
  • prova ta' esperjenza professjonali preċedenti fil-pajjiż ospitanti tiegħek.

Jekk ma tkunx tista' tagħti xi wieħed minn dawn id-dokumenti, jista' jkun li jkollok bżonn tagħmel intervista jew test (orali u/jew miktub).

Qabel ma tibda taħdem

Ladarba l-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, l-awtoritajiet iridu jħalluk tuża t- titlu akkademiku li kellek f'pajjiżek, u possibbilment il-forma mqassra fil-lingwa ta' pajjiżek, kif ukoll it- titlu professjonali li jintuża fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.

Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata minn assoċjazzjoni jew organizzazzjoni (bħalma ħafna drabi huwa l-każ għall-avukati jew it-tobba) fil-pajjiż fejn tixtieq taħdem, se jkollok issir membru qabel ma tkun tista' tuża t-titlu professjonali tiegħek.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 04/11/2024
Ikkondividi din il-paġna