Negozji ġodda
Jekk trid toħloq kumpanija ġdida jew tespandi n-negozju tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE, għandek bżonn tkun taf ir-regoli nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni ta’ negozju. Tista’ ssib appoġġ speċifiku disponibbli biex tibda, tespandi jew tiżviluppa n-negozju tiegħek, bħal opportunitajiet ta’ finanzjament jew billi ssib investitur.
Jekk qed tippjana li tibda negozju ġdid jew għadek kif bdejt wieħed, tista’ tapplika għall-iskema ta’ skambju Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ. B’din l-iskema tista’ tqatta' xi żmien f'pajjiż ieħor Ewropew biex taħdem u titgħallem minn imprenditur tal-esperjenza.
L-aħħar verifika: 02/02/2024