E-fatturazzjoni
Il-fatturazzjoni elettronika, magħrufa wkoll bħala e-fatturazzjoni, hija l-iskambju diġitali ta’ fattura bejn fornitur u xerrej ta’ oġġett jew servizz. E-fattura hija fattura maħruġa, mibgħuta, u riċevuta b’mod strutturat li jagħmilha faċli biex tiġi pproċessata b’mod awtomatiku u elettroniku.
Fl-UE, xi negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha jużaw l-istandard Ewropew en dwar l-e-fatturazzjoni. L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha fl-UE jistgħu jirċievu fatturi elettroniċi għal kuntratti ta’ akkwist pubbliku, u xi wħud mill-pajjiżi tal-UE għamluha obbligatorja għall-fornituri li jissottomettu e-fatturi għall-istess proċedura. Huwa fakultattiv għan-negozju tiegħek li jadotta l-e-fatturazzjoni bħala standard ma’ negozji oħra.
L-e-fatturazzjoni fil-prattika
L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha fl-UE jridu jkunu jistgħu jirċievu e-fatturi, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jekk inti fornitur, hija l-għażla tiegħek jekk tibgħatx waħda jew le.
Madankollu, kull pajjiż tal-UE ddefinixxa r-regoli tiegħu dwar kif taħdem l-e-fatturazzjoni, u jista’ jkun obbligatorju li jintbagħtu e-fatturi għall-kuntratti pubbliċi f’xi pajjiżi. Tista’ tirrevedi r-regoli speċifiċi skont il-pajjiżfl-iskedi informattivi dwar l-e-fatturazzjoni en .
L-e-fatturazzjoni u n-negozju tiegħek
L-e-fatturazzjoni tista’ tgħin lin-negozju tiegħek billi:
- tipproċessa malajr l-informazzjoni u d-data u ddaħħalha direttament fis-sistemi tal-ħlas u tal-kontabbiltà tan-negozju tiegħek
- tissostitwixxi l-formoli fiżiċi stampati b’formola elettronika li tippermettilek tittratta u tarkivja l-fatturi aktar malajr
- tiffrankalek l-istampar, il-posta u r-riżorsi umani.
Jekk tixtieq tibda tuża l-e-fatturazzjoni fin-negozju tiegħek, tista’ tuża dawn il-linji gwida en biex tibda.
Tista’ wkoll tikseb għajnuna minn fornitur ta’ servizzi u ta’ soluzzjonijiet, kumpanija li tipprovdi għodod elettroniċi jew fiżiċi biex tgħin lin-negozju tiegħek jistabbilixxi sistema ta’ e-fatturazzjoni, jew billi tuża l-pakkett tas-servizzi tal-e-fatturazzjoni en .