Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi kimiċi
Jekk tforni kwalunkwe sustanza kimika ta’ riskju fiż-ŻEE, għandek tikkonforma mar-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ. Dan jikkomplementa r-Regolament REACH u jiżgura li r-riskji tas-sustanzi kimiċi huma kkomunikati b'mod ċar lill-ħaddiema u lill-konsumaturi permezz ta' pittogrammi u stqarrijiet standard fuq it-tikketti u l-iskedi ta’ data dwar is-sikurezza.
Jekk ma tantx taf dwar il-liġijiet tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, agħti daqqa t'għajn lejn il-gwida għas-sikurezza kimika għan-negozji żgħar u ta' daqs medju. Trid tqis il-proċessi assoċjati ma’ REACH u l-leġiżlazzjoni dwar il-bijoċidi u l-pestiċidi , jekk japplikaw, meta tippjana proċeduri tas-CLP.
Sustanzi kimiċi ta' riskju
Qabel ma tqiegħed sustanzi kimiċi jew taħlitiet ta' sustanzi simili fis-suq, għandek:
- tistabbilixxi kull riskju li jista’ jkollhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u tikklassifikahom skont il-perikli li tidentifika
- tagħmel tikketti u imballaġġ tas-sustanzi kimiċi ta’ riskju permezz tas-sistema standardizzata stipulata fir-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) biex il-ħaddiema u l-konsumaturi jkunu jafu dwar l-effetti tagħhom qabel ma jużawhom.
Jekk tqiegħed sustanza ta' riskju fis-suq (waħidha jew imħallta ma' sustanzi oħrajn), għandek tinnotifika bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt nl pl pt ro sk sl l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tagħha lill-Inventorju tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar stabbilit mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt nl pl pt ro sk sl ). In-notifiki huma bla ħlas u għandhom jintbagħtu fi żmien xahar mit-tqegħid fis-suq tas-sustanza/ tat-taħlita għall-ewwel darba. Jekk int importatur, id-data ta' għeluq tibda tgħodd mill-jum meta sustanza (jew taħlita ta’ sustanzi) tidħol fit-territorju doganali tal-UE.
Kif tikklassifika, tagħmel tikketta u imballaġġ għas-sustanzi kimiċi
Għandek issegwi 2 regoli:
- Ikklassifika, agħmel tikketta u qiegħad f’imballaġġ lis-sustanzi kimiċi skont is-sistema l-ġdida tas-CLP u informa lill-utenti dwar il-klassifikazzjoni.
- Agħmel tikketta u qiegħad f’imballaġġ lit-taħlitiet ta' sustanzi skont is-sistema l-ġdida tas-CLP biss.
L-identifikatur uniku tal-formula
L-identifikatur uniku tal-formula (jew UFI) ġie żviluppat biex jgħin liċ-ċentri għal kontra l-velenu fl-identifikazzjoni rapida u korretta tal-prodotti matul is-sejħiet ta’ emerġenza. Il-prodotti kollha li fihom sustanzi ta' riskju jridu juru l-kodiċi tal-UFI fuq it-tikketta.
Ġeneratur tal-gwida u tal-kodiċi tal-UFI en
Kif tikkonforma mar-Regolament CLP (Klassifikazzjoni, Ittikkettar u Imballaġġ)
Ir-Regolament CLP japplika għal firxa wiesgħa ta’ kumpaniji:
- manifatturi
- importaturi u ri-importaturi ta’ sustanzi jew taħlitiet
- produtturi ta’ oġġetti speċifiċi
- formulaturi u distributuri
- bejjiegħa bl-imnut.
L-obbligi tiegħek jiddependu mir-rwol tiegħek fil-katina tal-provvista.
- Identifika r-rwol bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl u l-obbligi tiegħek skont ir-regolament - jista' jkollok iktar minn rwol wieħed.
- Aġġorna l-inventarju tas-sustanzi u t-taħlitiet tiegħek (inklużi s-sustanzi li jinsabu fit-taħlitiet) u s-sustanzi fl-oġġetti.
- Iċċekkja jekk kwalunkwe waħda mis-sustanzi tiegħek hix suġġetta għall-klassifikazzjoni armonizzata fil-livell tal-UE bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt nl pl pt ro sk sl .
- Iffamiljarizza ruħek mal-Gwida bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt nl pl pt ro sk sl u l-għodod tal-IT bg cs da de el en es et fr hr hu it lt pl pt ro sk sl sv li jinsabu fis-sit web tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).
- Iċċekkja kif kumpaniji oħra nnotifikaw l-istess sustanza fil-bażi ta’ data tal-Inventarju C&L bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt nl pl pt ro sk sl .
L-UE inkorporat ir-regoli dinjin ġodda (Sistema Globalment Armonizzata - GHS) żviluppati min-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ. L-għan tagħhom hu li l-kummerċ globali jsir iktar faċli u li jgħinu lill-konsumaturi.
Ara wkoll: