Bidliet fil-kuntratti tal-istaff
Bħala impjegatur, għandek tinforma lill-impjegati tiegħek bil-miktub dwar kwalunkwe bidla fit-termini ta’ impjieg tagħhom. Dan għandu jsir malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-jum li fih il-bidla ssir effettiva. Jekk il-bidla tkun dovuta għal emenda fil-liġi jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi, m’għandekx għalfejn tagħmel modifika bil-miktub għall-kuntratt oriġinali.
Jekk l-impjegati tiegħek meħtieġa jaħdmu għal aktar minn xahar f’pajjiż differenti, inklużi każijiet ta’ stazzjonar barra minn pajjiżhom, inti għandek tagħtihom minn qabel din l-informazzjoni:
- it-tul ta’ żmien tal-impjieg tagħhom barra mill-pajjiż
- il-munita li għandha tintuża għall-pagament tas-salarju tagħhom
- il-benefiċċji li jistgħu jkunu eliġibbli għalihom fil-pajjiż barrani
- il-kundizzjonijiet rigward ir-ritorn tagħhom
L-aħħar verifika: 19/06/2024