Aċċess għall-finanzi

Dan is-sit se jgħinek tapplika għal self u kapital ta' riskju appoġġjati mill-Unjoni Ewropea.

Agħżel pajjiżek biex tfittex opportunitajiet finanzjarji.

Kif jaħdem

Min hu eliġibbli għal finanzjament tal-UE?

Il-finanzjament tal-UE huwa disponibbli għat-tipi kollha ta’ kumpaniji ta’ kwalunkwe daqs u settur.

Hi disponibbli firxa wiesgħa ta’ finanzjament: self, mikrofinanzjament u kapital ta’ riskju. Kull sena l-UE tappoġġja aktar minn 200,000 negozju. L-UE tappoġġja wkoll lin-negozji b’għotjiet u kuntratti.

Kif jaħdem

Id- deċiżjoni favur finanzjament tal-UE ssir mill-istituzzjonijiet finanzjarji lokali bħal banek, investituri ta' kapital ta' riskju jew investituri informali. Permezz tal-appoġġ mill-UE, l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali lin-negozji.

Il-kundizzjonijiet preċiżi ta' finanzjament - l-ammont, it-tul ta' żmien, ir-rati tal-imgħax u t-tariffi - jiġu deċiżi minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji. Tista' tikkuntattja lil waħda fost aktar minn 1,000 istituzzjoni finanzjarja biex issir taf aktar.

Id-dritt tiegħek għal feedback dwar il-kreditu

Inti għandek id-dritt tirċievi feedback mill-istituzzjonijiet ta' kreditu dwar id-deċiżjoni tagħhom. Dan jista' jgħinek tifhem il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek, kif ukoll ittejjeb il-possibbiltajiet tiegħek li tikseb finanzjament fil-ġejjieni. Uża d-dritt tiegħek u rreferi għall- Artikolu 431 tar-Regolament tal-UE dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital.

Image

Finanzjament tat-trasformazzjoni diġitali

Il-Faċilità ta' garanzija fuq is-self (LGF) ta' COSME tappoġġja l-finanzjament ta' proġetti dwar it- trasformazzjoni diġitali mill-SMEs fis-setturi kollha tal-ekonomija, irrispettivament mil-livell attwali tagħhom ta' diġitalizzazzjoni.

Jekk inti negozju li qed tfittex opportunitajiet ta' finanzjament, mur fil-bażi tad-data tagħna u ara l-opzjonijiet disponibbli għalik.

Jekk inti intermedjarju finanzjarju li tipparteċipa fil-proġett pilota tad-diġitalizzazzjoni ta' COSME, jekk jogħġbok ipproċedi għall- kwestjonarju dwar id-diġitalizzazzjoni ta' COSME. Jekk jogħġbok żur il- portal tal-FEI għal informazzjoni addizzjonali dwar l-appoġġ ta' COSME għad-diġitalizzazzjoni tal-SMEs.

Stqarrija ta' privatezza - Intermedjarji finanzjarji

Għandek bżonn għajnuna jew parir

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.