Dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku

Int diġà tbigħ prodotti f'wieħed mill- pajjiżi tal-UE u tixtieq tibda tbigħhom f'pajjiż ieħor?

Fil-prinċipju, prodott awtorizzat għall-bejgħ f'pajjiż wieħed tal-UE hu awtorizzat għall-pajjiżi kollha tal-UE. Fil-prattika, l-awtoritajiet f'pajjiż ieħor tal-UE fil-mira jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali qabel ma jawtorizzawk tbigħ il-prodotti tiegħek. Dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku tista' tgħinek tipprovdi dik l-informazzjoni.

Din l-awtodikjarazzjoni volontarja tippermetti lill-produtturi, lill-importaturi u lid-distributuri li juru lill-awtoritajiet li l-prodotti tagħhom jikkonformaw mar-regoli f'pajjiż ieħor tal-UE, fejn diġà qed jinbiegħu.

Id-dikjarazzjoni tkopri l-prodotti "mhux armonizzati" kollha ta' kwalunkwe tip – jiġifieri prodotti li mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni tal-UE, li tistabbilixxi rekwiżiti komuni. Tista' tintuża wkoll għal prodotti agrikoli.

Kif dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku tista' tgħinek

Jekk ma jkunx hemm proċedura ta' awtorizzazzjoni minn qabel għall-prodott tiegħek, tkun tista' tibda tbigħu f'pajjiż ieħor tal-UE. L-awtoritajiet f'dak il-pajjiż għandhom id-dritt, madankollu, f'kull ħin, li jiddeċiedu li jivvalutaw il-prodotti li tkun bdejt tbigħ. Huma se jinfurmawk bil-miktub:

  • liema prodotti tiegħek se jiġu vvalutati
  • liema regoli tekniċi jew proċeduri ta' awtorizzazzjoni japplikaw għalihom
  • jekk tistax tuża d-dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku biex turi li l-prodotti tiegħek diġà huma awtorizzati għall-bejgħ f'pajjiż ieħor tal-UE

Int tista' tagħżel li tissottometti d-dikjarazzjoni jew le:

Jekk tissottometti dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku, inkluża evidenza ta' appoġġ, l-awtorità li twettaq il-valutazzjoni ma tistax titlob aktar informazzjoni jew dokumentazzjoni mingħandek.

Jekk ma tissottomettix dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku, l-awtorità tista' titolbok tipprovdi dokumentazzjoni li:

  • tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-prodotti jew it-tip ta' prodotti
  • tagħti prova li l-prodotti ġew kummerċjalizzati legalment f'pajjiż ieħor tal-UE

L-awtoritajiet għandhom jagħtuk tal-anqas 15-il jum ta' xogħol biex tipprova li l-prodotti tiegħek jistgħu jinbiegħu b'mod legali f'pajjiżhom.

Matul il-perjodu ta' valutazzjoni, xorta tista' tbigħ il-prodotti tiegħek b'mod liberu. Se jkollok tieqaf biss jekk tirċievi deċiżjoni amministrattiva li tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq għall-prodotti kkonċernati.

Kif tikteb dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku

Id-dikjarazzjoni tikkonsisti minn żewġ partijiet, deskritti fid-dettall fir-regolament tal-UE Iftaħ bħala link estern . Hemm żewġ possibbiltajiet rigward l-abbozzar:

  • il-produttur (jew ir-rappreżentant) jimla l-Parti I, u l-importatur/id-distributur jimla l-Parti II.
  • l-importatur/id-distributur jimla l-Partijiet I u II (jekk ikunu jistgħu jipprovdu evidenza li ssostni l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni).

Parti I – informazzjoni dwar l-prodotti

Parti I tiddeskrivi l-prodotti u kull regola applikabbli fil-pajjiż tal-UE fejn diġà jkunu qed jinbiegħu. Għandu jkollha:

  1. Numru tal-prodotti jew markatur ta' referenza ieħor li jidentifika b'mod uniku l-prodotti jew it-tip ta' prodotti
  2. L-isem u l-indirizz tal-produttur, l-importatur jew id-distributur li jimla l-Parti I tad-dikjarazzjoni
  3. Deskrizzjoni ta' (it-tip ta') prodotti, li tkun biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu identifikati għal raġunijiet ta' traċċabbiltà. Din tista' tinkludi ritratt.
  4. Dikjarazzjoni li l-prodotti:
    1. ikunu diġà nbiegħu legalment fil-pajjiż X tal-UE (agħti t-titlu u r-referenza uffiċjali tal-pubblikazzjoni tar-regoli rilevanti u/jew tad-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni); jew
    2. mhumiex soġġetti għal kwalunkwe regola rilevanti fil-pajjiż X tal-UE
  5. Informazzjoni ta' referenza għal kwalunkwe proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità jew test li jsir lill-prodotti (inkluż l-isem u l-indirizz tal-korp tal-valutazzjoni)
  6. Kwalunkwe dokumentazzjoni oħra li turi li l-prodotti diġà nbiegħu legalment f'pajjiż tal-UE

Il-firma tal-produttur, l-importatur jew id-distributur identifikat fil-punt 2 hawn fuq:

Iffirmata għal u f'isem:

(post u data):

(isem, funzjoni) (firma)

Parti II – informazzjoni dwar il-bejgħ tal-prodotti

Parti II tifffoka fuq il-bejgħ tal-prodotti. Għandu jkollha:

7.1 Il-pajjiż tal-UE li fih l-prodotti huma diġà mibjugħa (kif indikat f'4.1)

7.2 Id-data li fiha l-prodotti nbiegħu għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż. Pereżempju, tista' tipprova dan billi tehmeż fattura.

8. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista' tgħin lill-awtoritajiet jivvalutaw jekk l-prodotti jkunux diġà qed jinbiegħu legalment fil-pajjiż X tal-UE.

9. Firma tal-produttur, tal-importatur jew tad-distributur li mela l-Part II

Iffirmata għal u f'isem:

(post u data):

(isem, funzjoni) (firma)

Reġim tal-lingwi

Id-dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku għandu jkun abbozzat f'waħda mil- lingwi ufffiċjali tal-UE. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuk tittraduċiha fil-lingwa tal-għażla tagħhom.

Twissija

Żommha aġġornata!

Dejjem irid ikollok verżjoni aġġornata tad-dikjarazzjoni ta' rikonoxximent reċiproku.

Il-prodotti tiegħek iċċaħdilhom l-aċċess?

Jekk taħseb li l-awtoritajiet nazzjonali rrifjutaw jew illimitaw l-aċċess tal-prodotti tiegħek għas-suq ta' pajjiżhom, tista' titlob l-assistenza minn għand SOLVIT Iftaħ bħala link estern .

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 11/03/2024
Ikkondividi din il-paġna