Passaporti skaduti jew mitlufa
Skont ir-regoli tal-UE, il-vjaġġaturi kollha (inklużi t-trabi) jeħtieġu karta tal-IDjew passaport valida/validu biex jivvjaġġaw.
Iżda, jekk:
- tlift il-passaport jew insteraqlek
- indunajt li l-passaport skadielek
il-pajjiżi tal-UE għandhom sistema stabbilita li ssolvi każijiet bħal dawn.
Madankollu, kull pajjiż tal-UE jiddeċiedi jekk u/jew meta jippermettix liċ-ċittadini tal-UE jidħlu jew joħorġu mit-territorju tagħhom mingħajr dokument tal-ivvjaġġar validu.
Iċċekkja r-regoli eżatti għall-pajjiżi li qed tivvjaġġa lejhom u minnhom.
Agħżel il-pajjiż
Peress li ma hemm ebda regola tal-UE dwar l-ivvjaġġar mingħajr dokument validu tal-ivvjaġġar, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri jvarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor (u jistgħu jidbiddlu bla ma javżaw). Jekk inti diġà bdejt il-vjaġġ tiegħek u:
- tinsab fl-UE, l-ewwel post li jeħtieġlek tmur fih għandu jkun il-konsulat jew l-ambaxxata ta' pajjiżek.
- tinsab f'pajjiż barra mill-UE, fejn pajjiżek ma għandux konsulat jew ambaxxata, għandek id-dritt li titlob protezzjoni konsulari minn kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE.
Ftakar li, anke meta xi pajjiżi jippermettulek titlaq mit-territorju tagħhom jew tidħol fih mingħajr dokument validu tal-ivvjaġġar, xorta għandek mnejn tkun trid turih f'pajjiżi li se tgħaddi minnhom.