Xiri ta' mediċina online
Xiri ta' mediċina online
It-tipi ta’ mediċina mingħajr riċetta tat-tabib li tista’ tixtri online jiddependu fuq il-pajjiż tal-UE li għalih tixtieq li l-mediċina tiġi esportata. Pajjiżi differenti jippermettu li tipi differenti ta’ mediċini jinbiegħu minn fuq l-internet.
Qabel ma tipprova tixtri, iċċekkja r-reġistri nazzjonali tal-bejjiegħa bl-imnut tal-mediċini online biex tiżgura li l-bejjiegħ bl-imnut li qed tixtri mingħandu jkun awtorizzat fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu biex ibigħ il-mediċina online.
Lista ta’ reġistri nazzjonali tal-bejjiegħa bl-imnut tal-mediċini online
Logo tal-UE
Spiżeriji jew bejjiegħa bl-imnut reġistrati mal-awtorità nazzjonali tagħhom biex ibigħu l-mediċina online għandhom juru fuq is-sit web tagħhom il-logo en tal-UE għall-bejgħ online tal-mediċini. Il-logo hu magħmul mill-bandiera tal-pajjiż tal-UE fejn l-ispiżerija jew il-bejjiegħ bl-imnut hu rreġistrat u l-kliem “Ikklikkja biex tivverifika li dan is-sit qed jopera legalment”.
Jistgħu jintużaw biss il-bnadar tal-pajjiżi tal-UE flimkien ma’ dawk tan-Norveġja, tal-Iżlanda u tal-Liechtenstein. Logo li juri l-bandiera tal-UE, pereżempju, ikun frodulenti.
Meta tikklikkja l-logo, se tkun ridirett lejn is-sit web tal-awtorità nazzjonali korrispondenti. Hemmhekk issib lista tal-bejjiegħa bl-imnut online li joperaw legalment f’dak il-pajjiż tal-UE. Jekk m’intix ridirett lejn ir-reġistru tal-bejjiegħa bl-imnut jew jekk l-ispiżerija online tiegħek ma tidhirx fil-lista, tkomplix bix-xiri.
Xiri ta' mediċina online bir-riċetta tat-tabib
M'hemmx regoli tal-UE dwar ix-xiri ta’ mediċina online bir-riċetta tat-tabib. Xi pajjiżi tal-UE jippermettuh, iżda xi wħud minnhom le. Ir-reġistru nazzjonali tal-bejjiegħa bl-imnut tal-mediċini online en ta’ kull pajjiż għandu jgħidlek jekk il-bejgħ online tal-mediċina bir-riċetta hux permess jew le.