Ġenituri
Jekk int ċittadin tal-UE li se tmur f'pajjiż ieħor tal-UE biex tgħix, taħdem jew tistudja, ir-regoli tal-UE jagħmluha eħfef għal familtek biex tingħaqad miegħek. F'din il-paġna tista' ssib kif jistgħu jingħaqdu miegħek il-ġenituri tiegħek.
Twissija
Madankollu, jekk int ċittadin tal-UE u qatt ma għext f'pajjiż ieħor tal-UE se japplikaw biss ir-regoli nazzjonali.
Qed taħdem, int pensjonant, għandek ir-riżorsi proprji tiegħek?
Jekk qed taħdem, int pensjonant jew għandek biżżejjed riżorsi, il-ġenituri tiegħek se jiġu ttrattati bl-istess mod bħal martek/żewġek jew uliedek.
Iċċekkja r-regoli għal:
- Ġenituri b'ċittadinanza tal-UE: se jiġu ttrattati bl-istess mod bħall- konjugi u t-tfal mill-UE.
- Ġenituri mingħajr ċittadinanza tal-UE: se jiġu ttrattati bl-istess mod bħall- konjugi u t-tfal mhux mill-UE, sakemm dawn ikunu dipendenti fuqek.
Qed tistudja?
Jekk int student, il-ġenituri tiegħek se jiġu ttrattati bħala qraba iktar imbiegħda.
Iċċekkja r-regoli għal: