Is-sikurezza tal-prodotti

It-tikketti tas-sikurezza

Ħafna prodotti mibjugħa fl-UE huma mmarkati bl-ittri “CE”. Jekk fuq l-isticker imwaħħla mal-prodott jew mal-imballaġġ, jew fuq l-istruzzjonijiet mogħtija mal-prodott, ikun hemm il-marka CE, dan ifisser li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti kollha biex jitqies sikur għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Hemm lista ta’ prodotti li ma jistgħux jinbiegħu fl-UE mingħajr il-marka CE, u dan kemm jekk il-prodott ikun manifatturat fl-UE, u kemm jekk jiġi importat fl-UE. Xi eżempji ta’ prodotti li jeħtieġu l-marka CE huma ġugarelli, apparati elettriċi jew li jaħdmu bil-gass, u tagħmir protettiv personali, fost bosta oħrajn.

L-ittestjar tas-sikurezza u s-sejħiet lura tal-prodotti

L-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli mill-ispezzjoni u l-ittestjar tal-prodotti fis-suq. Jekk xi prodott diġà mibjugħ lill-konsumaturi jinstab li joħloq xi riskju għas-sikurezza, l-awtorità rilevanti toħroġ sejħa lura tal-prodott. Jekk tiskopri li xtrajt xi prodott li qed jinġabar lura, imxi sew mal-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet. L-UE tħaddem sistema tal-twissija rapida en biex il-konsumaturi jistgħu jsibu t-twissijiet kollha tas-sejħiet lura li joħorġu l-awtoritajiet nazzjonali tal-UE dwar prodotti li mhumiex ikel jew mediċini.

Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar l-ittestjar tas-sikurezza u s-sejħiet lura tal-prodotti, żur is-sit web tal-pajjiż rilevanti hawn taħt.

Ara wkoll:

Suġġerimenti biex tixtri prodotti sikuri online en

SafetyGate – is-sistema tat-twissija rapida tal-UE għall-prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel en

Regoli dwar it-tikkettar tal-ikel

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 04/11/2024
Ikkondividi din il-paġna