VAT meta tixtri jew tbigħ karozza
Iċċekkja liema VAT hi dovuta meta tixtri jew tbigħ karozza fl-UE jew meta tixtri karozza barra mill-UE għall-importazzjoni fl-UE.
L-informazzjoni f’din il-paġna tkopri r-regoli tal-VAT meta tixtri jew tbigħ karozza bħala persuna privata. Jekk teħtieġ informazzjoni dwar ir-regoli tal-VAT għan-negozji, mur fil-paġna dwar it-tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju.
Inti se tixtri jew se tbigħ karozza?
Minn fejn se tixtriha?
Jekk qed tixtri karozza minn pajjiż ieħor tal-UE, ma jeħtiġlekx tħallas dazju doganali meta tieħu l-karozza tiegħek lejn il-pajjiż ta’ residenza tiegħek.
Min hu l-bejjiegħ?
- Il-karozza hi ġdida. Għall-finijiet tal-VAT, karozza ġdida ma jkollhiex aktar minn 6,000 km JEW hi fornuta lill-proprjetarju fis-6 xhur tal-ewwel reġistrazzjoni tagħha
- Il-karozza tintuża u rreġistrata fl-UE. Għall-finijiet tal-VAT, karozza użata jkollha aktar minn 6,000 km U hi fornuta lill-proprjetarju aktar minn 6 xhur wara r-reġistrazzjoni tagħha
Jekk tixtri karozza mingħand bejjiegħ privat, ma għandekx għalfejn tħallas il-VAT fil-pajjiż tal-bejjiegħ. Ikollok tħallas biss il-VAT fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza. Il-VAT għandu jitħallas fuq il-prezz totali tal-karozza - dan jinkludi kwalunkwe aċċessorji jew spejjeż assoċjati, bħall-ispejjeż tal-konsenja.
Il-bejjiegħ privat se jkun jista’ jġib lura ċertu ammont tal-VAT mill-pajjiż fejn ikun xtara l-karozza inizjalment. L-ammont tal-VAT li jiġi rimborżat normalment jiġi kkalkulat mill-awtoritajiet tat-taxxa u jkun proporzjonali għaż-żmien li l-bejjiegħ uża l-karozza fil-pajjiż tal-UE. Għal dettalji dwar regoli li jikkonċernaw l-obbligi tal-bejjiegħ u kif tinkiseb ir-rifużjoni ta’ din il-VAT, il-bejjiegħ għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali de en .
Ma għandekx għalfejn tħallas il-VAT fuq il-karozza.
- Il-karozza hi ġdida. Għall-finijiet tal-VAT, karozza ġdida ma jkollhiex aktar minn 6,000 km JEW hi fornuta lill-proprjetarju fis-6 xhur tal-ewwel reġistrazzjoni tagħha
- Il-karozza tintuża u rreġistrata fl-UE. Għall-finijiet tal-VAT, karozza użata jkollha aktar minn 6,000 km U hi fornuta lill-proprjetarju aktar minn 6 xhur wara r-reġistrazzjoni tagħha
Għandek tħallas il-VAT fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza. Il-VAT għandu jitħallas fuq il-prezz totali tal-karozza - dan jinkludi kwalunkwe aċċessorju jew spiża assoċjata, bħall-ispejjeż tal-konsenja.
Jekk qed tixtri l-karozza f’pajjiż tal-UE u beħsiebek teħdoha u tirreġistraha f’pajjiż ieħor tal-UE, trid tinforma id-dealer tal-karozza biex ma tħallasx il-VAT hemmhekk.
Jekk ħallast il-VAT darbtejn, fil-pajjiż tax-xiri u fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, inti intitolat għal rifużjoni. L-ewwel trid issemmi din il-kwistjoni mal-bejjiegħ jew, bħala t-tieni pass, mal-awtoritajiet tat-taxxa de en fil-pajjiż fejn xtrajt il-karozza.
Storja bħala eżempju
Mario jgħix l-Italja u jiddeċiedi li jixtri karozza ġdida fil-Ġermanja. Peress li l-karozza hi gdida, il-VAT għandha titħallas fl-Italja, fejn Mario jrid jirreġistraha. Madankollu, il-bejjiegħ hu responsabbli għall-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet finanzjarji Ġermaniżi u għandu jagħti prova li l-karozza maħsuba biex tkun trasportata u reġistrata f’pajjiż ieħor tal-UE. Għalhekk, hu jitlob lil Mario biex iħallas il-VAT Ġermaniża bħala depożitu.
Ladarba Mario jirreġistra l-karozza tiegħu fl-Italja u jħallas il-VAT hemmhekk, hu jista’ jibgħat prova lill-bejjiegħ Ġermaniż u jitlob rifużjoni tal-VAT li hu kien ħallas fil-Ġermanja.
Twissija
Id-data li titqies għall-forniment tal-karozza tvarja minn pajjiż għal pajjiż. Hi tista’ tkun jew il-mument li fih iffirmajt l-ordni ta’ xiri jew il-mument li fih toħroġ il-fattura.
Meta tixtri karozza użata mingħand dealer tal-karozzi, il-VAT għandha mnejn jew ma għandhiex imnejn titħallas u msemmija b’mod separat fuq il-fattura.
Dan jiddependi fuq kif id-dealer jagħżel li jikkalkola l-VAT fuq din il-karozza. Skopri aktar dwar ir-regoli applikabbli għall-VAT jew ikkonsulta mal-awtoritajiet tal-VAT de en fr fil-pajjiż fejn qed tixtri l-karozza għal aktar dettalji.
M’għadekx tħallas il-VAT meta ġġib lura karozza użata lejn pajjiż ieħor tal-UE. Iżda għandek tirreġistra l-karozza fil-pajjiż li tgħix fih b’mod permanenti u tħallas ir-reġistrazzjoni u t-taxxa tat-triq hemm.
Trid tħallas id-dazji doganali u l-VAT fuq l-importazzjoni, bħal kwalunkwe oġġett importat ieħor.
Ikkonsulta d-dwana u l-awtoritajiet tal-VAT de en f’pajjiżek għad-dettalji dwar id-dikjarazzjoni doganali, il-ħlas tat-taxxa u r-rifużjoni tat-taxxa.
Il-karozza ġdida jew użata?
- Il-karozza hi ġdida. Għall-finijiet tal-VAT, karozza ġdida ma jkollhiex aktar minn 6,000 km JEW hi fornuta lill-proprjetarju fis-6 xhur tal-ewwel reġistrazzjoni tagħha
- Il-karozza hi użata. Għall-finijiet tal-VAT, karozza użata jkollha aktar minn 6,000 km U hi fornuta lill-proprjetarju aktar minn 6 xhur wara r-reġistrazzjoni tagħha
Bħala bejjiegħ privat, ma għandekx tiċċarġja l-VAT meta tbigħ il-karozza tiegħek.
Jekk tbigħ karozza kklassifikata bħala “ġdida” lil konsumatur f’pajjiż tal-UE, ix-xerrej se jkollu jħallas il-VAT fuq il-karozza fil-pajjiż tal-UE fejn jagħżel li jirreġistraha. F’dan il-każ, inti tkun tista’ ġġib lura ċertu ammont tal-VAT mill-pajjiż fejn kont xtrajt il-karozza inizjalment.
L-ammont ta’ VAT li jiġi rimborżat jiġi kkalkulat mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-pajjiż fejn inti xtrajt l-ewwel darba l-karozza u għandu jkun proporzjonali mat-tul taż-żmien li int użajt il-karozza.
Storja bħala eżempju
Irkupra parti mill-VAT li ħallast jekk tbigħ il-karozza ġdida tiegħek
Sofie xtrat karozza ġdida fid-Danimarka għal €30,000 u €7,500 VAT (25%, ir-rata tal-VAT fid-Danimarka). Hi saqet 7,000 km għal ftit aktar minn 4 xhur. Imbagħad iddeċidiet li tbigħha lil Jonas għal €16,000. Il-karozza għadha titqies bħala ġdida għall-iskopijiet tat-taxxa.
Jonas jgħix fl-Awstrija u jieħu l-karozza hemm. Hu jħallas €3,200 VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa Awstrijaċi (20%, ir-rata tal-VAT fl-Awstrija).
Bħala l-bejjiegħa, Sofie għandha tkun taf li tista’ tirkupra parti mill-VAT. Jekk il-VAT fit-tieni bejgħ kienet imħallsa fid-Danimarka, l-ammont pagabbli kien ikun ta’ €4,000 (25% ta’ €16,000). Minħabba li l-karozza għadha titqies bħala ġdida, Sofie hi intitolata li tirkupra mill-awtoritajiet Daniżi €4,000 mis-€7,500 li ħallset għall-VAT meta xtratha.
Twissija
Id-data li titqies għall-forniment tal-karozza tvarja minn pajjiż għal pajjiż. Hi tista’ tkun jew il-mument li fih iffirmajt l-ordni ta’ xiri jew il-mument li fih toħroġ il-fattura.
Bħala bejjiegħ privat, ma għandekx tiċċarġja l-VAT fuq il-bejgħ.