Reġistrazzjoni tal-preżenza ta’ membri tal-familja tal-UE
Jekk tmur toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE, qrabatek dipendenti mill-UE jistgħu jiġu joqogħdu miegħek.
Wara 3 xhur fil-pajjiż il-ġdid, hemm mnejn ikollhom jirreġistraw ir-residenza tagħhom u jinħarġilhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni.
Jekk qrabatek mill-UE ma jkunux dipendenti, jistgħu jirreġistraw fil-pajjiż il-ġdid tagħhom tal-UE bis-saħħa tad-drittijiet tagħhom stess.
Id-dokumenti ta' appoġġ għaċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni
Qrabatek se jkollhom bżonn dawn id- dokumenti li ġejjin biex jiksbu ċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni tagħhom miċ-ċentru ċiviku jew l-għassa tal-pulizija lokali:
- il-karta tal-identità nazzjonali valida jew passaport validu
- iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek jew kull prova oħra ta' residenza tiegħek fil-pajjiż
- prova ta' kif tiġu minn xulxin (pereżempju ċertifikat taż-żwieġ jew tat-twelid)
- għal uliedek (jew in-neputijiet), il-prova li huma taħt il-21 sena jew li jiddependu minnek
- għall-ġenituri tiegħek (jew in-nanniet), il-prova li jiddependu minnek
- għal membri oħra tal-familja prova li huma dipendenti minnek jew li hemm raġunijiet serji ta' saħħa li jeħtiġulek li tieħu f'idejk il-kura personali tagħhom
- għal koppji mhux miżżewġa, prova ta' relazzjoni fit-tul
Twissija
Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.
Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jinħareġ immedjatament għall-konjuġi, ulied jew neputijiet u ġenituri jew nanniet. Għal qraba oħra, l-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu ċertifikat ta' reġistrazzjoni jew le malajr kemm jista' jkun.
Miżati
Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni m'għandux jiswa akar milli jħallsu ċ-ċittadini tal-pajjiż għall-karti tal-identità jew dokumenti simili.
Validità
Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni hu indefinit (ma jkollux għalfejn jiġġedded), għalkemm jista' jkun jeħtieġlek tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet lokali.
Fejn u kif tirreġistra skont il-pajjiż
Sib fejn u kif tirreġistra lil qrabatek tal-UE fil-pajjiż il-ġdid tiegħek:
Agħżel il-pajjiż
Jekk ikun meħtieġ mill-pajjiż il-ġdid tiegħek, qrabatek jistgħu jeħlu multa iżda ma jistgħux jitkeċċew jekk:
- ma jirreġistrawx ir-residenza tagħhom
- ma jġorrux iċ-ċertifikat ta' residenza jew il-karta tal-identità/passaport tagħhom il-ħin kollu
Jekk tiltaqa' ma' problemi biex tingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għal qrabatek, tista' ċċempel lis- servizzi ta' għajnuna tagħna.
Ara wkoll kif tista' tapplika għal karta ta' residenza għal qrabatek li mhumiex mill-UE.