Il-privatezza online
Hemm diversi tipi ta' cookies li tista' tuża fuq is-sit web tiegħek. Hemm imnejn ikollok bżonn il-kunsens minn qabel tal-utenti tiegħek. Dan jiddependi mill-iskop tal-cookie.
Cookies li ma jeħtiġux il-kunsens
Dawn li ġejjin huma xi każijiet fejn il- kunsens mhux meħtieġ:
- Il-cookies użati biss biex titwettaq it-trażmissjoni ta' komunikazzjoni, bħall-cookies li jippermettu l-ipproċessar ta' rikjesti lis-server tal-web fuq ġabra ta' magni minflok fuq waħda biss (ibbalanċjar tat-tagħbija).
- Il-cookies li huma strettament neċessarji sabiex jipprovdu servizz online mitlub speċifikament mill-persuna en, eż. cookies għall-input mill-utent (cookies użati meta titlob lill-utenti jimlew formola online jew meta l-klijenti tiegħek jużaw basket tax-xiri meta jkunu qed jixtru prodott mis-sit web tiegħek), jew cookies ta' awtentikazzjoni (meta l-utenti jawtentikaw lilhom infushom fuq is-sit web tiegħek biex jilloggjaw biex jiċċekkjaw servizzi online bħall-kont tal-bank tagħhom)
Il-cookies li jeħtieġu l-kunsens
Xi cookies jeħtieġu l-kunsens tal-utenti tiegħek qabel ma tużahom biex tiġbor id-data tagħhom. Dan ifisser li l-cookies ma jistgħux jiġu ssettjati meta l-paġna web tinfetaħ għall-ewwel darba. Tista' tissettja l-cookie u tuża l-informazzjoni miġbura permezz tagħha biss meta tikseb il-kunsens tal-utent.
Dawn li ġejjin huma xi każijiet fejn il- kunsens hu meħtieġ:
- cookies soċjali tal-intraċċar plug-in (bħal dawk użati għal reklamar ibbażat fuq l-imġiba, l-analitika u r-riċerka tas-suq)
- cookies ta' partijiet terzi użati għar-reklamar ibbażat fuq l-imġiba.
L-iskop maħsub tal-cookies
Jekk tuża cookies li jeħtieġu l-kunsens, lill-persuna li qed tibbrawżja fuq is-sit web tiegħek trid tagħtiha informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-cookies użati fuq is-sit web tiegħek u l-iskop tagħhom. L-utenti tiegħek għandhom jitħallew jagħtu l-kunsens speċifiku tagħhom skont l-iskop tat-tipi differenti ta' cookies li qed jaċċettaw, eż. għandhom ikunu jistgħu jagħtu kunsens separat għall-cookies tal-intraċċar.
L-irtirar tal-kunsens
Int trid tiżgura li hu faċli għall-utenti li jirtiraw il-kunsens tagħhom daqs kemm tkun faċli għalihom li jaċċettaw il-cookies. Jekk l-utent jagħżel li jirtira l-kunsens tiegħu, xorta trid tipprovdihom b'xi tip ta' servizz minimu, eż, tal-inqas ikunu jistgħu jaċċessaw parti mis-sit web tiegħek.