Privattivi
Drittijietek
Ir-reġistrazzjoni ta' privattiva tagħtik drittijiet esklussivi fuq l-invenzjoni tiegħek għal perjodu limitat, normalment għal 20 sena. Ħadd iktar ma jista' jagħmel, juża, joffri għall-bejgħ, ibigħ jew jimporta prodott jew proċess ibbażat fuq l-invenzjoni bi privattiva tiegħek. Tista' tagħti permess temporanju lil xi ħadd ieħor biex juża l-invenzjoni permezz ta' ftehim ta' liċenzja ta' privattiva jew tbigħ il-privattiva lil ħaddieħor. Ma tistax iġġedded privattiva meta tiskadi.
X'tipproteġi privattiva
Uża privattiva biex tipproteġi l- invenzjonijiet tekniċi tiegħek: prodotti jew servizzi ġodda li jinvolvu pass inventiv u għandhom applikazzjoni industrijali.
Jekk tixtieq tkun taf jekk xi ħaġa simili għall-invenzjoni tiegħek diġà ġietx protetta bi privattiva, aqra l- FAQ dwar it-tfittxija tal-privattivi tal- Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u kkonsulta l- bażi ta' data ta' Espacenet .
Kif tirreġistra privattiva
- Jekk teħtieġ protezzjoni f' pajjiż Ewropew wieħed biss, tista' tirreġistra privattiva fil-livell nazzjonali. Iċċekkja liema uffiċċju tal-privattivi lokali għandek tikkuntattja.
- Għall-protezzjoni fuq livell Ewropew, tista' tirreġistra privattiva Ewropea mal- Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO). Privattiva Ewropea jeħtiġilha tiġi vvalidata mill-uffiċċju nazzjonali tal-privattivi f'kull pajjiż fejn hi meħtieġa l-protezzjoni. Skont il- liġi tal-pajjiż , hemm mnejn ikollok tipprovdi traduzzjonijiet jew tħallas xi tariffi sa ċerta data.
- Jekk tixtieq protezzjoni fuq livell internazzjonali, trid tikkuntattja lill- Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO)
Nacionalinę informaciją rasite toliau.