Il-familja ta' min qed ifittex xogħol
Jekk int ċittadin tal-UE li ċċaqlaqt lejn pajjiż ieħor tal-UE biex tfittex impjieg, ir-regoli tal-UE jagħmluha eħfef għal familtek biex tingħaqad miegħek. F'din il-paġna tista' ssib kif il-membri ta' familtek jistgħu jingħaqdu miegħek.
Twissija
Anki jekk int ċittadin tal-UE, jekk int ma ċċaqlaqtx lejn pajjiż ieħor tal-UE u tgħix f'pajjiżek, ir-regoli tal-UE ma japplikawx. F'din il-każ japplikaw ir-regoli nazzjonali.
Meta tgħix sa 6 xhur barra pajjiżek
Jekk int ċittadin tal-UE li qed tfittex xogħol f' pajjiż ieħor tal-UE, martek/żewġek, uliedek, neputijietek, il-ġenituri tiegħek u nannietek, jekk huma ċittadini tal-UE, jistgħu joqgħodu miegħek, taħt l-istess kundizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Jekk martek/żewġek, uliedek, neputijietek, il-ġenituri tiegħek u nannietek mhumiex ċittadini tal-UE, jew ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta' residenza għaċ-ċittadini tal-UE, xorta jistgħu joqgħodu miegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek bħala membri tal-familja ta' ċittadin tal-UE li qed ifittex xogħol.
Xi pajjiżi tal-UE jirrikjedu li l-membri ta' familtek jirrappurtaw il-preżenza tagħhom lill-awtoritajiet rilevanti (normalment fil-muniċipju jew fl-istazzjoni tal-pulizija lokali) f'perjodu raġonevoli ta' żmien mill-wasla tagħhom.
Il-karta ta' residenza
Membri tal-familja li mhumiex mill-UE ta' ċittadini tal-UE jistgħu jiġu mitluba japplikaw għal karta ta' residenza.
Trattament ugwali
Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, martek/żewġek, uliedek, neputijietek u l-ġenituri tiegħek u nannietek għandhom ikunu trattati bħaċ-ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għax-xogħol, il-paga, ir-reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Talba biex titlaq / Tkeċċija
Martek/żewġek, uliedek, neputijietek, jew il-ġenituri tiegħek unannietek jistgħu jgħixu fil-pajjiż tiegħek sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, iżda dan biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex iħallu l-pajjiż għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 6 xhur
Martek/żewġek, uliedek, neputijietek, jew il-ġenituri tiegħek, nannietek, kemm jekk huma u kemm jekk mhumiex mill-UE, jistgħu joqgħodu miegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek taħt ċerti kundizzjonijiet:
- jekk tlift xogħlok wara li ħdimt fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, għandek tkun tista' turi dan u tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji, JEW
- jekk qed tfittex l-ewwel xogħol fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, għandek tkun tista' tipprova li qed tfittex xogħol attivament u li għandek ċans realistiku li ssib xogħol.
Storja bħala eżempju
Celia hi Ġermaniża u taħdem l-Awstrija. Hi miżżewġa lil Özgür, ċattadin Turk. Özgür, bħala r-raġel ta' Celia, ingħata karta ta' residenza biex jgħix u jaħdem l-Awstrija. Wara 13-il xahar, Celia titlef xogħolha. Hi rreġistrat mas-servizz tax-xogħol tal-Awstrija u qed tfittex xogħol ġdid. Kemm Özgür u kemm Celia jistgħu jibqgħu jgħixu l-Awstrija.