Għoti ta' servizzi f'pajjiż barrani
Jekk għandek negozju reġistrat li jipprovdi servizzi (bħala perit jew gwida turistika, pereżempju) fil-pajjiż fejn tgħix, tista' toffri dawn is-servizzi f'pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma tistabbilixxi kumpanija jew fergħa hemmhekk.
Dan jista' jkun utli jekk trid:
- tipprovdi s-servizz hemmhekk b'mod temporanju biss
- tipprovdi s-servizz għal klijent speċifiku li jgħix hemmhekk
- tittestja s-suq qabel ma tespandi l-kumpanija tiegħek hemmhekk.
Fil-prinċipju, għandek tkun kapaċi tagħti servizzi f'pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma jkollok tikkonforma mal- proċeduri amministrattivi u r- regoli ta' dak il-pajjiż (bħall-kisba ta' awtorizzazzjoni minn qabel biex tagħmel negozju). Iżda jista' jkun jeħtieġlek tinnotifika l-awtoritajiet pubbliċi li int se tkun qed toffri servizzi f'pajjiżhom. Il-pajjiż l-ieħor għandu jkollu raġunijiet validi biex jimponi r-rekwiżiti tiegħu.
Jekk tesperjenza diffikultajiet mal-awtoritajiet pubbliċi, tista' titlob l-għajnuna tas- servizzi ta' għajnuna u pariri tagħna .
Nota: Jekk toffri servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi, dawn is-servizzi dejjem se jkunu ntaxxati de en fr fil-pajjiż li jinsab fih il-klijent. Għal persuna mhux taxxabbli dan hu l-post fejn hi stabbilita, għandha l-indirizz permanenti jew fejn is-soltu toqgħod. Għal klijent ta' negozju, dan hu l-pajjiż fejn ikun stabbilit in-negozju jew ikollu stabbiliment fiss fejn dan l-istabbiliment jirċievi servizz.
Minkejja dan il-prinċipju, ma tistax taqbad u tassumi li tista' tipprovdi servizzi mingħajr ma tistabbilixxi kumpanija lokalment. Jekk tistax jew le jiddependi prinċipalment fuq kemm spiss, għal kemm żmien u kemm regolarment trid tipprovdi s-servizzi.
Barra minn hekk, jistgħu japplikaw regoli differenti għal ċerti setturi, pereżempju:
- is-servizzi finanzjarji
- is-servizzi tal- kura tas-saħħa li jistgħu jiġu prattikati biss minn membri ta' professjoni tas-saħħa regolata
- is-servizzi privati ta' sigurtà
- is-servizzi tal- logħob tal-azzard
- is-servizzi notarili
- is-servizzi ta' aġenziji ta' xogħol temporanju
- is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi
Jekk tagħżel li tirreġistra kumpanija f'pajjiż ieħor tal-UE, ikollok tikkonforma mar-regoli nazzjonali għall-inkorporazzjoni/ir-reġistrazzjoni ta' kumpanija sussidjarja, fergħa jew aġenzija u għall-biċċa l-kbira tar- regoli ta' dak il-pajjiż biex tistabbilixxi negozju (inkluż ir- rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali en tiegħek u tapplika għall-permessi neċessarji). L-aderenza mal- istandards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali tista' wkoll tkun meħtieġa.
Biex issir taf x'għandek tagħmel fil-każ tiegħek, staqsi lill- punt ta' kuntatt uniku fil-pajjiż fejn trid tipprovdi s-servizzi.
Il-punti ta' kuntatt uniku jipprovdu informazzjoni fil-lingwa nazzjonali ta' pajjiżhom. Ħafna minnhom jipprovdu wkoll informazzjoni b'lingwi oħra. Il-livell ta' informazzjoni u s-servizz offrut jistgħu jvarjaw minn punt ta' kuntatt għal ieħor.
Agħżel il-pajjiż
Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi
Jekk tforni servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi, dawn is-servizzi normalment se jkunu ntaxxati de en fr fil-pajjiż li jinsab fih il-klijent.
Klijenti kummerċjali
Għal klijent kummerċjali, dan hu l-pajjiż fejn ikun stabbilit in-negozju jew ikollu uffiċċju fiss fejn dan l-istabbiliment jirċievi s-servizz.
Klijenti mhux taxxabbli
Għal persuni mhux taxxabbli, dan hu l-post fejn huma stabbiliti, għandhom l-indirizz permanenti jew fejn joqogħdu s-soltu.
Regoli speċjali għal fatturat annwali baxx
Hemm xi eċċezzjonijiet; hemm regoli simplifikati li jfissru li tista' tagħżel li tapplika r- regoli tal-VAT tal-pajjiż tal-UE tiegħek stess (jiġifieri fejn int stabbilit, għandek l-indirizz permanenti jew toqgħod normalment) jekk tissodisfa dawn il-kriterji:
- int stabbilit, għandek l-indirizz permanenti jew normalment toqgħod f'pajjiż wieħed biss tal-UE
- tforni servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, tax-xandir jew elettroniċi lil konsumaturi mhux taxxabbli li huma stabbiliti, għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew normalment joqogħdu f'pajjiż ieħor tal-UE
- il-valur totali tal-fornimenti tiegħek ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew elettroniċi ma jaqbżux l- EUR 10,000 (mhux inkluża l-VAT) fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma laħqu dan l-ammont fis-sena kalendarja preċendenti.
F'dan il-każ, mhux se jkollok bżonn tirreġistra, iddaħħal id-dikjarazzjonijiet tal-VAT u tagħmel pagamenti f'kull pajjiż tal-UE fejn joqogħdu l-klijenti tiegħek (u lanqas li tirreġistra għall-iskema MOSS) Minflok, għandek tiċċarġja l-VAT lill-klijenti tiegħek bir-rata f'pajjiżek, u tħallas u tiddikjara dik il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa f'pajjiżek.
Jekk tibbenefika minn skema speċjali għan-negozji ż-żgħar f'pajjiżek li tippermettilek li teżenta l-fornimenti tiegħek mill-VAT sa ċertu limitu, dan japplika wkoll għall-fornimenti ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi.
M'hemmx differenza bejn il-klijenti jkunu fejn ikunu fl-UE.
Filwaqt li int ħieles li tiddefinixxi t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' bejgħ tiegħek, il-klijenti kollha tiegħek li huma bbażati fl-UE jrid ikollhom l-istess aċċess għas-servizzi (mogħtija fil-post tiegħek jew servizzi mogħtija b'mod elettroniku) bħall-klijenti lokali tiegħek. Jekk qed toffri prezz, promozzjoni jew kundizzjonijiet ta' bejgħ speċjali, dawn għandhom ikunu offruti lill-klijenti kollha tiegħek irrispettivament minn f'liema pajjiż tal-UE jinsabu, in-nazzjonalità tagħhom, il-post tar-residenza jew il-post tan-negozju.
Ir- regoli japplikaw għat-tranżazzjonijiet online u offline sakemm il-bejgħ ikun qed isir lill-utent finali (individwu jew negozju li m'għandux il-ħsieb li jerġa' jbigħ, jittrasforma, jipproċessa, jikri jew jagħti b'sottokuntratt dak li xtara). Ir-regoli ma japplikawx għas-servizzi awdjoviżivi. Għal kontenut online ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur, jistgħu japplikaw limitazzjonijiet minħabba limitazzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur territorjali.
Aċċess għal interfaċċi online
Il-klijenti tiegħek iridu jkunu jistgħu jaċċessaw kwalunkwe verżjoni tas-sit web tiegħek li jixtiequ, pereżempju, jekk jittajpjaw il-URL Spanjol tas-sit web u jkunu mqabbdin mill-Italja m'għandhomx jittieħdu awtomatikament fil-verżjoni Taljana. Huma jridu jagħtuk il-kunsens tagħhom qabel ma jittieħdu f'dan is-sit u għandhom id-dritt li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin.
Bejgħ ta' servizzi mogħtija b'mezzi elettroniċi
Jekk il-klijent tiegħek hu bbażat f'pajjiż tal-UE ieħor u jixtieq jixtri servizzi pprovduti elettronikament mingħandek (bħal servizzi cloud, ħżin virtwali tad-data, ospitar ta' siti web), għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw dawn is-servizzi u jirreġistraw għalihom bl-istess mod bħall-klijenti tiegħek ibbażati lokalment.
Jekk trid taqsam fruntiera biex toffri s-servizz tiegħek lil klijent f'pajjiż barrani, għandek mnejn iġġarrab spejjeż addizzjonali - għall-ħażna jew biex tikkonforma mal-proċeduri amministrattivi, pereżempju. Tali spejjeż addizzjonali jistgħu jiġġustifikaw prezzijiet ogħla għal klijent fil-pajjiż barrani.
M'intix ċert x'jikkostitwixxi diskriminazzjoni?
Jekk m'intix ċert jekk intix qed tiġi diskriminat b'mod illegali minn operatur tas-suq jew jekk int stess hux qed tapplika kundizzjonijiet diskriminatorji lill-klijenti tiegħek, staqsi lill- punt ta' kuntatt en rilevanti f'pajjiżek.