Tikketta tax-Xedd tas-Saqajn
Jekk beħsiebek tbigħ iż-żraben jew xedd ieħor tas-saqajn f'pajjiż jew f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, il- prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar tal-UE. Bħala manifattur, inti responsabbli għall-forniment tat-tikketta u għall-preċiżjoni tagħha. Jekk ix-xedd tas-saqajn jiġi importat, l-organizzazzjoni li tqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq tal-UE tassumi din ir-responsabbiltà.
It-tikketti tax-xedd tas-saqajn huma mandatorji?
It-tikketti tax-xedd tas-saqajn huma mandatorji fl-UE. Skont ir-regoli tal-UE, it-terminu "xedd tas-saqajn" jirreferi għall-oġġetti kollha bil-pettijiet applikati maħsubin biex jipproteġu jew jgħattu s-sieq. Pereżempju:
- żraben ċatti jew b'takkuna għolja
- sandlijiet
- bwiez
- krakar
- espadrilles
- żraben tal-isport (inklużi żraben sportivi speċjalizzati u dawk bi skates imwaħħlin)
Jista' jkun hemm rekwiżiti addizzjonali, skont il-pajjiż fejn qed tippjana li tqiegħed fis-suq ix-xedd tas-saqajn.
Liema informazzjoni għandha tintwera?
Meta tiddeskrivi l-materjali u tindika l-partijiet tax-xedd tas-saqajn, għandek tuża l- pittogrammifil-leġiżlazzjoni tal-UE, jew indikazzjoni bil-miktub fil-lingwi tal-pajjiż tal-UE li fih tixtieq tqiegħed fis-suq ix-xedd tas-saqjan tiegħek. It-tikkettar tiegħek għandu jiddeskrivi l-materjali tat-3 partijiet ewlenin tax-xedd tas-saqajn:
- il- parti ta' fuq
- l- inforra u s-suletta
- il- pett ta' barra
F'kull każ, it-tikketta għandha tiddikjara jekk il-materjal hux magħmul minn:
- ġilda
- ġilda miksija
- tessut
- materjali oħrajn
Jekk l-ebda materjal waħdu ma jintużax tal-anqas fi 80% tal-prodott, it-tikketta għandha tindika ż- żewġ materjali ewleninużati.
Kif twaħħal it-tikketta tax-xedd tas-saqajn?
Trid tehmeż it-tikkettar tal-anqas ma' waħda miż-żraben tal-par. Tista' tagħmel dan permezz ta' stampar, twaħħil, intaljar jew twaħħil tat-tikketta fuq iż-żarbun.
It-tikkettjar irid ikun viżibbli, imwaħħal sew u aċċessibbli, u l-qisien tal-pittogrammi jridu jkunu kbar biżżejjed biex ikun faċli li wieħed jifhimhom.
Jekk tixtieq li tagħti x-xedd tas-saqajn tiegħek sinjal rikonoxxut ta' eċċellenza ambjentali, iċċekkja jekk tistax tapplika wkoll għal Ekotikketta tal-UE.