Xogħol b'terminu fiss
Kundizzjonijiet tax-xogħol ugwali
Inti għandek toffri lill-ħaddiema b'terminu fiss tiegħek l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema permanenti tiegħek inklużi l-paga, il-leave, il-perjodi tan-notice u drittijiet u benefiċċji oħrajn marbuta mal-impjieg tagħhom. Bħala persuna li timpjega n-nies, għandek tinforma lill-persunal tiegħek b'terminu fiss meta jsiru disponibbli postijiet vakanti għal karigi permanenti.
Kuntratti suċċessivi b'terminu fiss
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jimplimentaw tal-anqas waħda mill-miżuri li ġejjin fil-liġijiet nazzjonali tagħhom biex ikun evitat l-użu ħażin ta' kuntratti suċċessivi b'terminu fiss:
- raġunijiet oġġettivi għat-tiġdid ta' kuntratti b'terminu fiss
- tul ta' żmien massimu totali ta' kuntratti suċċessivi b'terminu fiss
- numru massimu ta' tiġdidiet ta' kuntratti b'terminu fiss
Saħħa u sikurezza
Qabel ma jibdew jaħdmu, għandek tinforma lill-impjegati tiegħek dwar kwalunkwe riskju possibbli involut fix-xogħol li se jagħmlu, inklużi kwalunkwe kwalifika, ħila jew sorveljanza medika speċjali meħtieġa.
Twissija
F'xi pajjiżi tal-UE, ma tistax tuża ħaddiema b'termu fiss għal ċerti xogħlijiet, speċjalment jekk ikunu jeħtieġu sorveljanza medika speċjali.