Dwar dan is-sit

Your Europe hu sit imfassal biex jgħinek tagħmel affarijiet f'pajjiżi Ewropej oħrajn – biex tevita l-inkonvenjenzi u l-burokrazija żejda.

Dan jista' jfisser li wieħed jiċċaqlaq, jgħix, jistudja, jaħdem, jixtri jew sempliċement jivvjaġġa barra minn pajjiżu. Jew, bħala kumpanija, tinnegozjaw barra mill-pajjiż.

Bħala ċittadin tal-UE – jew ċittadini tal-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja – għandek ċerti drittijiet f'dawn l-oqsma. Iżda dawn id-drittijiet mhux dejjem jiġu osservati meta pajjiż ikun għadu ma implementax bis-sħiħ il-liġi rilevanti tal-UE.

X'informazzjoni nista' nsib fis-sit?

Your Europe joffri:

  • informazzjoni dwar id- drittijiet bażiċi li għandek skont il-liġi tal-UE.
  • aċċess għal network ta' portali nazzjonali li jipprovdu informazzjoni dwar kif ir-regoli tal-UE jiġu applikati f'kull pajjiż tal-UE għall-utenti transfruntieri (f'konformità mar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika).
  • kuntatt bla ħlas bl-email jew bit-telefown mas-servizzi tal-għajnuna tal-UE, biex ikollok għajnuna u parir aktar personalizzati jew fid-dettall.

Pajjiżi / nazzjonalitajiet koperti

L-informazzjoni f'dan is-sit hi mmirata l-aktar għaċ- ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom (inklużi membri tal-familja li ma jkunux mill-UE).

Fil-biċċa l-kbira tal-każi, id-drittijiet tal-UE spjegati fYour Europe japplikaw għall- pajjiżi kollha li huma fl-UE Iftaħ bħala link estern kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

Xi kultant, id-drittijiet tal-UE japplikaw ukoll għall-Iżvizzera – iżda mhux dejjem, għax l-Iżvizzera nkitbet f'xi ftehimiet mal-UE imma mhux f'kollha.

Kull paġna taYour Europe telenka preċiżament il-pajjiżi jew nazzjonalitajiet li tkun tapplika għalihom l-informazzjoni.

Awturi tas-sit

L-informazzjoni fYour Europe tiġi pprovduta mid-dipartimenti rilevanti tal- Kummissjoni Ewropea u komplementata b'kontenut provdut mill-awtoritajiet ta' kull pajjiż kopert.

Is-sit fih 2 taqsimiet:

It-taqsima dwar iċ-ċittadini tipprovdi eżempji bbażati fuq esperjenzi veri ta' ċittadini tal-UE. L-ismijiet u n-nazzjonalitajiet kollha huma fittizji.

Lingwi

Your Europe toffri informazzjoni bil- lingwi uffiċjali kollha tal-UE – ħlief l-Irlandiż .

Madankollu, xi kultant u għal xi kontenut, tista' ma ssibx il-lingwa favorita tiegħek għax inkunu qed nistennew it-traduzzjoni.

Tiġi pprovduta informazzjoni speċifika għall-pajjiż, bil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż u bl-Ingliż.

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-politika tal-lingwa tas-siti web esterni.

Links għal Your Europe

Meta toħloq link għal Your Europe, jekk jogħġbok kun konformi ma' din il-politika:

  • għal links bil-kliem, tista' tuża l- preżentazzjoni tas-sit tagħna
  • tippreżentax Your Europe bħala sit bil-ħlas jew esklużiv
  • Turix Your Europe fi frame li jkun ospitat f'sit ieħor
  • Tagħtix l-impressjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE iħaddnu jew jappoġġjaw l-għanijiet jew il-kontenut tas-sit ospitanti jew l-organizzazzjoni li timmaniġġjah

Niċċekkjaw regolarment jekk il-links ikunux konformi ma' din il-politika.

Promozzjoni ta' Your Europe

Jekk tixtieq tippromwovi Your Europe, tista' tuża l- materjal promozzjonali multilingwi tagħna.

Politika dwar il-privatezza

Your Europe timxi mal-privatezza tal-utent u r- regoli dwar il-protezzjoni tad-data li jmexxu s-sit web Europa.

Jekk tuża s-servizzi ta' għajnuna li huma aċċessibbli permezz ta' Your Europe, tiġi mgħarraf dwar id-dettalji speċifiċi tal-politika ta' privatezza tagħhom.

L-aħħar verifika: 24/06/2024
Ikkondividi din il-paġna